DISKORS MILL-O. JOE CASSAR, MINISTRU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ FIL-FTUH TA’ POST GRADUATE CERTIFICATE COURSE FIL-MEDICAL IMAGING (MAMMOGRAPHY) - NATIONAL BREAST SCREENING CENTRE, VALLETTA -
Illum qed niltaqgħu biex inħabbru pass ieħor importanti fil-ġlieda kontra l-marda qerrieda tal-kanċer. Dan it-taħriġ jirrifletti il-bidliet kbar li għaddej minnhom is-settur tas-saħħa mhux biss f’Malta imma madwar id-dinja.
Meta l-Gvern ħabbar l-istrateġija kontra l-kanċer u beda jwettaq il-pjan beda biex iwaqqaf u joffri National Breast Screening Programme – Programm ta’ screening tal-kanċer tas-sider li fil-fatt beda f’Ottubru 2009. Dan il-programm twaqqaf skond il-linji gwida u l-istandards rigidi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan it-taħriġ li qed invaraw illum huwa xieda ċara tal-kollaborazzjoni sħieħa li teżisti bejn l-Universita’ ta’ Malta (Institute of Health Care) u l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita’ permezz tal-Breast Screening Programme.
Il-Breast Imaging hija specjalita`. Ir-radjografi li jixtiequ jahdmu f’dan is-settur irid ikollhom tahrig specjalizzat hafna sabiex ikunu aktar precizi mhux biss fil-mod ta’ kif jiehdu r-ritratt (jew x-ray) tas-sider imma, aktar important minn hekk sabiex ikunu hafna aktar precizi meta jevalwaw ir-rizultat u allura johorgu d-dijanjozi taghhom. Dan il-kors li qed invaraw se jaghti l-opportunita’ lir-radjografi biex jaggornaw ruhhom u jizviluppaw gharfien gdid fuq l-iktar zviluppi ricenti f’settur tal-medicina li qed jizviluppa, jinbidel u jikber b’heffa kbira. Hija din l-ispecjalizazzjoni li se tkompli tghin biex jigi evitat hafna mard u fl-istess hin tinghata l-kura minn kmieni.
Fi hdan ic-centru tal-Breast Screening, dawn l-istess radjografi se jsibu l-ambjent li nholoq hawnhekk li fih jistghu mhux biss jipprattikaw is-sena taghhom fl-aqwa teknologija, imma bhalma jixhed dan il-post stess huwa hawnhekk li huma jikkuraw lil-pazjenti fil-waqt li jserrhu rashom mill-prekawzjonijiet necessarji kollha sabiex il-kura tinghata bl-inqas periklu possibli ghar-radjografi stess.
Kif jitolbu il-European Guidelines for Quality Assurance in Breast Cancer Screening and Diagnosis (4th edition), il-kors ta’ Post Graduate Certificate jinkludi l-aspett teoretiku jew akkademiku, kif ukoll l-aspett prattiku jew “hands-on” sabiex dawn ir-radjografi, specjalizzati jilħqu standard ta’ l-ghola kwalita’ fil-mamografija u l-analizi taghha. S’issa ftit kienu dawk ir-radjografi li setghu jitharrgu barra minn Malta f’din l-ispecjalizazzjoni – 4 biss biex inkun preciz. Dawn segwew korsijiet f’Universitajiet bhal dik ta’ Kingston jew St George f’Londra.
Il-kors Post-Graduate offrut mill-Universita` ta’ Malta huwa l-ewwel tax-xorta tieghu imma huwa tal-livell ta’ Universitajiet barranin. Dan se jigbor fih tahrig minn professjonisti u esperti ta’ l-ghola kalibru f’pajjizna, kif ukoll zjarat barra minn Malta f’uhud mic-centri l-aktar rikonoxxuti f’dan il-qasam.
Fi zmien qarib, id-dipartiment tar-Radjografija fl-Universita’ ta’ Malta ghandha l-hsieb li toffri Masters li jigbor fih bosta specjalizzazzjonijiet fir-radjografija fosthom il-mammografija. Ic-certifikat ta’ dan il-kors jista’ fil-fatt ikun parti mill-kors tal-Masters ghal min jaghzel li jkompli jispecjalizza f’dan il-qasam.
Naghlaq billi nirringrazzja lic-centru tal-Breast Screening u lill-Universita’ ta’ Malta li gharfu l-importanza li jinghaqdu biex joffru dan il-kors sabiex joghla mhux biss il-livell ta’ l-ispecjalisti, imma toghla wkoll il-livell u l-kwalita’ tal-kura li qed naghtu f’pajjizna.
Dan il-Gvern huwa kommess li jkabbar il-glieda kontra l-kancer b’kull mezz possibli. Radjografi, specjalizzati fil-qasam tal-mammografija se jkunu l-pijunieri taghna f’din il-glieda li fil-qasam tal-kancer tas-sider diga qed thalli l-frott mixtieq. Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990