Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR MINISTRU TAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA` – KAMPANJA DWAR KANĊER ĊERVIKALI – ST ANNE’S CLINIC - B’KARA

PR1126
Date Icon 16/06/2010

Ippermettuli nirringrazzja lill-Klinika Sant'Anna li stednuni waqt it-tnedija ta' din il-kampanja ta’ għarfien dwar il- kanċer ċervikali. Nixtieq infaħħar inizjattivi bħal dawn mis-settur privat peress li jien nemmen li għandna bżonn li naħdmu flimkien għas-saħħa aħjar tan-nazzjon tagħna u li l-attivitajiet tagħna huma kumplimentari. L-għarfien huwa importanti ħafna għaliex billi teduka dwar il-marda u tenfasiżża l-importanza ta’ sejbien bikri, b'hekk jiżdied iċ-ċans ta' sopravivenza.

Din il-marda qattiela taffettwa n-nisa fl-aqwa ta’ ħajjithom, spiss taffettwa il-karrieri tagħhom kif ukoll tfal tagħhom u tal-familja. Dan jiġri kemm jekk il-mara tkun xebba jew miżżewġa, żgħażugħa jew anzjana; fil-fatt in-nisa kollha huma f'riskju.

Wara kanċer tas-sider, kanċer invażiv taċ-cervix huwa t-tieni tip l-aktar komuni ta' kanċer fin-nisa madwar id-dinja. Kull sena, madwar 471,000 każ ġdid u 190,000 imwiet huma rappurtati globalment. Huwa stmat li aktar minn 12,800 mara fl-Unjoni Ewropea jmutu kull sena mill-marda.

F'Malta, il-kanċer ċervikali mhux daqshekk frekwenti. Kien hemm 16-il każ ta' kanċer ċervikali fl-2007 u 5 imwiet kienu rrappurtati fl-2008.

Pero xorta għandna bżonn nagħmlu enfasi biex nedukaw lin-nisa kollha dwar screening tas-saħħa xierqa u l-għażliet disponibbli għall-prevenzjoni. L-Għaqda Dinija tas-Saħħa tirrakkomanda li l-edukazzjoni tas-saħħa għanda tkun parti integrali mill-kontroll tal-kanċer ċervikali komprensiva. Sabiex jinkiseb dan, għandu jkun hemm strateġija nazzjonali mill-partijiet interessati kollha, per eżempju, l-iskejjel, prattikanti tal-kura tas-saħħa u l-gvern, li jaħdmu flimkien biex joħolqu kuxjenza u jedukaw lill-pubbliku dwar kanċer ċervikali.

Ħafna mill-każijiet tal-kanċer ċervikali jisgħtu jiġu evitati, u n-nisa huma mħeġġa li jmexxu screening regolari. Iċ-ċelloli kanċeroġeni jiżviluppaw matul is-snin, u jkun aktar diffiċli għall-kura meta l-kanċer javvanza. L-iscreening tal-kanċer ċervikali kien l-ewwel tip ta’ screening li ġie introdott fix-xjenza mad-dinja kollha . Huwa rakkomandat ħafna għan-nisa li jagħmlu eżamijiet regolari biex jitnaqqas ir-riskju li nsibu il-kanċer tard wisq u jinbeda t-trattament immedjat.

Minbarra l-monitoraġġ regolari, issa għandna t-tilqim kontra l-Human Papillomavajrus (HPV) li, skond il-WHO, jista' jnaqqas l-inċidenza tal-marda mill-inqas b’70%. L-iżvilupp ta’ dan il- vaċċin huwa qabża kbira fix-xjenza medika. In-nisa jista’ jkollhom għażla effettiva biex jipproteġu lilhom infushom. Pero’ dan ma jnaqqasx l-importanza ta’ saħħa sesswali b’saħħitha u li xorta jsir l-iscreening.

Bis-saħħa ta’ meżżi ta’ prevenzzjoni li jinkludi dieta tajba, stil ta’ ħajja b’saħħitha, screening, t-tilqim u monitoraġġ regolari, huwa ttamat li l-piż tal-kanċer ċervikali se jitnaqqas sew fil-futur. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow