Left arrow Go Back

MADWAR 400,000 JUŻAW IĊ-ĊENTRI TA’ INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI

PR1124
Date Icon 16/06/2010

Fost r-rwoli tal-Awtorita' tat-Turizmu ta' Malta (MTA) l-iktar importanti hu l-promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika. Dan japplika mhux biss għar-reklamar ta’ pajjiżna li jsir barra minn xtutna iżda wkoll għall-promozzjoni li ssir f’pajjiżna stess permezz ta’distribuzzjoni ta’ informazzjoni tal-postijiet ta’ interess u attivitajiet lokali li t-turisti li jkunu f’pajjiżna jiġu mħajjra jattendu jew iżuru.

Waqt li jkun f’pajjiżna it-turist irid jinżamm aġġornat b’dak li jkun jixtieq jaf dwar Malta u Għawdex. Biex tilħaq dan l-iskop l-MTA qed tiftaħ numru ta’ ċentri ta’ informazzjoni f’pajjiżna fejn it-turist jingħata l-informazzjoni li jkun  jeħtieġ. S’issa nfetħu Ċentri ta’ Informazzjoni fil-Belt Valletta – fil-Berġa tal-Italia, wara li għalaq l- uffiċċji li kien hemm f’Misraħ il-Ħelsien minħabba l-proġett ta’ Bieb il-Belt – fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’Għawdex, fil-Mellieħa u fl-Imdina. L-uffiċċji tal-Mellieħa u l-Imdina infetħu f’kollaborazzjoni flimkien mal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u l-Imdina. Dak tal-Valletta Waterfront, li huwa s-sitt Ċentru ta’ informazzjoni, qed jinfetaħ b’kollaborazzjoni mal-Viset Malta plc.

Minn analiżi li sar jirriżulta li iktar minn 900 turist kuljum jagħmlu talbiet f’dawn l-uffiċċji. Dawn ma jinkludux persuni li jmorru f’dawn l-uffiċċji biex jiġbru brochures.  Huwa stmat għalhekk li ċ-ċifra ta’ turisti li jmorru f’dawn l-uffiċji hija qrib il-400,000.

Il-ftuħ ta’ Uffiċċju tal-Informazzjoni mill-MTA fil-Valletta Waterfront, wara li ntlaħaq ftehim mal-Viset Malta plc, hi deċiżżjoni f’waqtha minħabba li minn hawnhekk jgħaddu iktar minn  nofs miljun passiġġier fis-sena. Anki jekk dawn iżuru pajjiżna għal ftit sigħat, hu magħruf li ħafna minn dawn il-passiġġieri juru x-xewqa li jerġgħu jżuru pajjiżna bħala turisti. Ċifri maħruġa mill-kumpannija VISET juru li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena 153,646 passiġġier, jew 53% iktar mill-istess perijodu s-sena l-oħra, żaru Malta abbord cruise liners.

L-MTA għandha l-ħsieb ukoll li tiftaħ Uffiċċji oħra tal-Informazzjoni f’San Ġiljan, il-Birgu u San Pawl il-Baħar.

Sadattant fl-aħħar xhur l-MTA żiedet b’mod sinifikanti l-kwantità u l-kwalità ta’ materjal disponibbli f’dawn l-uffiċċji. Dan jinkludi mapep dettaljati ta’ diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex, visitors’ guide brochures ġodda bi 12-il lingwa, pubblikazzjonijiet dwar avvenimenti  kif ukoll serje ta’ pubblikazzjonijiet li jinkludi walking tours ta’ lokalitajiet ewlenin ta’ interess. L-ewwel waħda minn dawn il-walking tours, li ser titnieda fil-jiem li ġejjin, hi dwar żjara bil-mixi tal-Belt Valletta. Wara din ser titnieda żjara bil-mixi ta’ Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow