Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET TAL-ĠNIEN  U L-PROMENADE FI QUI-SI-SANA.

PR1123
Date Icon 16/06/2010

Il-Ġnien ta’ Qui-Si-Sana se jissema’ għall-ex Ministru George Bonello Dupuis

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq il-promenade u l-ġnien ġdid li jinsabu għaddejjin fi Qui-Si-Sana.

Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu jagħtu dehra li tixraq lil dawn l-inħawi filwaqt li se jkun qed jingħata aktar spazju għar-rikreazzjoni tal-familji. Il-Ministru Pullicino waqt li żar ix-xogħlijiet ħabbar li dan il-ġnien ġdid se jissemma’  għall-ex Ministru George Bonello Dupuis.

Dan il-gnien se jkun mibni f’forma ta’ benniena, sabiex jilqa’ għal-irjiħat li jaħkmu minn fuq in-naħa tal-baħar. Il-ġnien se jkun miksi bit-turf, filwaqt li se jinkorpora fih ukoll tliet funtani. Bħalissa qed jinbnew tliet ġibjuni taħt il-ġnien biex fihom jinħażen l-ilma li permezz tiegħu jkun jista’ jisaqqa dan il-ġnien. Il-gnien hu wiesa 36metru u twil 180metri u se jinkorpora fih numru ta’ loghob għal kulhadd, inkluż novita’ fejn se jiġi nstallat apparat sportiv biex wieħed ikun jista’ jagħmel xi eżerċizzji fiżiċi.

Ix-xogħlijiet fuq il-promenade jinsabu għaddejjin ġmielhom. Dan il-promenade inħareġ ‘il barra  lejn in-naħa tal-baħar u  qed jistrieħ fuq numru ta’ kolonni biex b’hekk ma jitnaqqasx l-ispazju ta’ fuq il-blat anzi nħolqu spazji li joffru dell. Saret ukoll rampa li hija wiesa’ biżejjed biex toffri aċċess għal kulħadd filwaqt li għal kuntlarju ta’ li kien isir qabel, ma toffrix aċċess biex jinżlu l-karozzi fuq il-bajja. B'kollox qed  isir pavimentar fuq madwar 700 metru kwadru ta' art, b'tul ta' madwar 175 metru u b'4 metri wisa'.  Kemm taħt il-promenade kif ukoll fil-ġnien se jinbnew ukoll faċilitajiet sanitarji.

Dawn il-proġetti flimkien qed isiru b’investiment ta’ €2 miljun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow