Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-KOPERATTIVI

PR1122
Date Icon 16/06/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi illum nieda perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Koperattivi f’Malta.

Waqt konferenza tal-aħbarjiet, huwa ippubblika rapport li ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2009, u li ġie ipprezentat lill-Gvern f’Ottubru tas-sena li għaddiet, biex iservi ta’ bażi għal din il-konsultazzjoni.

Jason Azzopardi qal li l-moviment koperattiv huwa rikonoxxut mill-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna u għalhekk il-Gvern għandu d-dmir li jagħti l-attenzjoni meħtiega lil dan is-settur, li jiġbor fih il-prinċipji ekonomiċi u soċjali f’bilanċ ideali. Għalhekk il-Gvern minn dejjem emmen f’dan il-mudell ta’ intraprenditorija, li jħaddem madwar 5,100 membru, u li fl-2008 kellu turnover ta’ madwar €77miljun.

Ir-Rapport ghat-Tishih tal-Koperattivi li qed jiġi ppublikat illum, joffri punt ta’ partenza biex tinfetaħ diskussjoni wiegħsa ma’ dawk kollha interessati fis-settur. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, li huwa miftuħ sal-1 ta’ Settembru 2010, għandu jwassal biex jinġabru l-kummenti u s-suġġerimenti ta’ membri ta’ koperattivi u l-pubbliku, li l-Gvern ser jiġbor u janalizza għall-konsiderazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern għalhekk qed jikkommetti ruħu li jisma’, jifhem, u jieħu azzjoni biex eventwalment, jekk ikun hemm il-ħtieġa, isiru anke bidliet fil-liġi tal-koperattivi biex din tibqa’ tirrifletti ir-realta’ tal-lum.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi qal li sfortunatament jidher li hemm numru żgħir ħafna ta’ koperattivi li mhux neċessarjemant qegħdin jimxu skond l-obbligi tagħhom u għalhekk jeħtieġ li ssir din ir-riforma biex jinstab x’inhu li qed itellef lil koperattivi milli jwettqu l-ħidma tagħhom, u jiġu ndirizzati d-diffikultajiet.

Madankollu, il-Gvern huwa fiduċjuż li jeżisti ġejjieni interessanti u prospetti sbieħ għall-koperattivi tagħna. L-iżviluppi li seħħew f’dan is-settur, bi tkabbir ekonomiku, u kreattivita’ fl-operat, fid-dawl ta’ suq kompetittiv huma inkoraġġanti għall-futur.

Wiehed jista’ jara dan ir-rapport fuq il-website: www.konsultakop.gov.mt jew minn fuq il-website tal-Minsiteru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment www.finance.gov.mt.  Il-kummenti u suġġerimenti f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jistgħu jintbgħatu fuq konsulta.kop@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow