STQARRIJA TAS- SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
L-Oppożizzjoni trid li l-Gvern jikser ftehim li għandu mal-imsieħba soċjali
Il-liġi li waqqfet l-MCESD u l-kompożizzjoni tal-istess Kunsill saret bi qbil mal-imsieħba soċjali rappreżentati fih. Fl-MCESD d-deċiżjonijiet jittieħdu billi l-partijiet jaslu għal konsensus u mhux b’impożizzjoni min-naħa tal-Gvern.
Bid-dikjarazzjonijiet tagħha l-Oppożizzjoni trid li l-Gvern jikser il-ftehim li għandu mal-imsieħba soċjali. Il-Gvern mhux lest ikisser il-metodu ta’ kif jaħdem l-MCESD biex jogħġob lill-Oppożizzjoni
Il-Gvern itenni li lest jilqa’ lill-ForUM fi ħdan l-MCESD iżda dan għandu jsir bil-kunsens tal-membri u l-imsieħba l-oħra.
Ladarba sa issa kien hemm qbil kważi unanimu li ma jkunx hemm tibdil fil-kompożizzjoni tal-MCESD, il-Gvern ma jistax jaqbad u jimponi bidla fuq l-imsieħba soċjali l-oħra.
Il-Gvern jirrispetta l-ftehim li għandu mal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD u għandu l-obbligu li jonorah.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990