Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR1113
Date Icon 14/06/2010

Taħwid fl-informazzjoni u fiċ-ċifri biex jiżgwida lill-poplu

Prova ċara ta’ kemm hu maqtugħ minn x’inhuma l-ħtiġijiet tal-pajjiż fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat tkaża li ntalbu €290 miljun lil Bank Ewropew tal-Investiment (EIB), u assuma li din hija l-ispiża li se tkun meħtieġa għall-bini tal-estensjoni tal-Power Station.

Il-valur tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station huwa dak ta’ €165 miljun, flimkien ma’ €18-il miljun għal kuntratt tas-servizzi ta’ ħames snin. It-total huwa dak ta’ €183 miljun u mhux ta’ €290 miljun.

L-ammont li Muscat irrefera għalih probabli huwa l-ispiża totali ta’ numru ta’ proġetti li għalihom ntalab finanzjament minn għand l-EIB. Dawn il-proġetti jinkludu l-estensjoni tal-Power Station, il-proġett tal-iSmart Meters, kif ukoll għac-ċentri ta’ distribuzzjoni madwar il-pajjiż. Dan għaliex il-Gvern għandu viżjoni wiesa’ tal-ħtiġijiet tal-pajjiż fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fid-dawl tat-tkabbir ekonomiku li l-Gvern jipprevedi għall-pajjiż għas-snin li ġejjin. Il-Gvern irid jinvesti aktar fl-enerġija biex ikompli jattira aktar investiment u jinħoloq aktar xogħol.

Fl-isforz li tkun ukoll aġent tal-bidders l-oħra li ma rebħux it-tender għall-estensjoni, fl-istqarrija ppubblikata llum mill-Onorevoli Mangion, l-Oppożizzjoni tipprova timmiżinterpreta l-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali fl-investigazzjoni tiegħu dwar il-proċess tal-għoti ta’ dan il-kuntratt u tipprova tagħti x’tifhem li l-Awditur ikkundanna dan il-proċess. Dan mhux minnu, u l-Awditur stess wasal għall-konklużjoni li ma kien hemm ebda korruzzjoni jew irregolarità. L-Awditur għamel rakkamondazzjonijiet għall-proċessi futuri li l-Gvern diġà qal li laqagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow