ĦLASIJIET TAL-ALLOWANCE TAT-TFAL
Id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet tal-Allowance tat-Tfal, għall-perjodu 3 ta’ Lulju 2010 – 1 ta’ Lulju 2011, li ġew sottomessi, ġew ipprocessati u l-ħlas dovut għall-ewwel tlettax il-ġimgħa se jiġi depożitat fil-kont bankarju indikat mill-familji konċernati nhar is-Sibt, 3 ta’ Lulju 2010.
Id-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali jixtieq jigbed l-attenzjoni tal-pubbliku li għad hemm xi applikazzjonijiet li għadhom ma ġewx proċessati minħabba li dawn waslu fid-Dipartiment wara l-aħħar ta’ April 2010 (id-data li fiha kienu mistennija li jaslu l-applikazzjonijiet) u/jew talbiet li waslu fid-Dipartiment mingħajr l-informazzjoni jew dokumenti li huma meħtieġa biex tkun tista’ tiġi stabbilita r-rata dovuta.
Għaldaqstant id-Dipartiment qed joħrog lil dawn il-familji pagament proviżorju għal tlettax il-ġimgħa bil-quddiem bir-rata minima ta’ €4.81 fil-ġimgħa għal kull wild. Hekk kif dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati l-familji konċernati se jitħallsu d-differenza dovuta hekk kif tiġi stabbilita mill-kalkoli tal-mezzi. Id-Dipartiment ħaseb ukoll biex dawn il-familji jiġu avżati, permezz ta’ ittra, dwar dan il-pagament proviżorju.
F’każ ta’ diffikulta` l-membri tal-pubbliku huma ġentilment mitluba li jmorru fl-eqreb Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment għal aktar għajnuna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990