MESSAĠĠ MILL-ONOR MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA`, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM IDDEDIKAT BIEX TITQAJJEM KUXJENZA DWAR L-ABBUŻ TAL-ANZJANI, LI SE JIĠI MFAKKAR GĦADA T-TLIETA 15 TA' ĠUNJU 2010
Il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti għadha tgħożż l-anzjani tagħna. Dan huwa valur nobbli li writna mingħand missirijietna. Ma nistgħu qatt ninsew li kienu l-anzjani tagħna li bnew u sawru dan il-pajjiż. Aħna x’aħna u aħna min aħna llum hu mertu tagħhom ukoll.
Imma sfortunatament kultant jiġu rrappurtati lilna xi abbużi fuq l-anzjani. L-abbuż jista’ jkun fiżiku, psikoloġiku, finanzjarju, soċjali, ta’ abbandun u saħansitra abbuż sesswali. Meta d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita` isir jaf b’dawn l-abbużi jintervjeni mill-ewwel u jieħu l-passi li fiċ-ċirkostanzi jkunu xierqa.
Matul din is-sena qed nippjanaw biex inżidu s-sapport lill-qraba li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom id-dar. Sadattant filwaqt li nsellmu u nirringrazzjaw lil min qed jieħu ħsieb il-qraba anzjani rridu nfakkru fl-obbligu tagħna wkoll li nirrappurtaw kull suspett ta’ abbuż lid-Dipartiment. Ma għandna qatt ninsew li l-anzjani għandhom vuċi tagħhom u nagħmlu sew jekk kultant nifqu u nisimgħuhom.
Ta’ min jgħid li s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` qed iħejji rapport biex l-anzjani jkunu aktar protetti min kull possibilita` ta’ abbuż. B’dan il-ħsieb id-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita` llum qiegħed jorganizza konferenza biex tiddiskuti din it-tema u tagħti l-okkażjoni li diversi professjonisti jaqmsu l-esperjenzi differenti tagħhom f’dan ir-rigward.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990