Left arrow Go Back

BDIEWA U RAĦĦALA GĦAWDXIN IMĦAJRA JAQILBU GĦALL-BIEDJA ORGANIKA

PR1102
Date Icon 12/06/2010

L-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (Malta Standards Authority – MSA) laqqgħet grupp ta’ bdiewa u raħħala Għawdxin biex twasslilhom informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-biedja organika. Fil-produzzjoni ta’ ħxejjex u frott organiku ma jintuża l-ebda pestiċida. Jintuża biss fertilizzant naturali u għaldaqstant il-prodotti jkunu aktar ġenwini u naturali. Peress li ma tintużax kimika, il-prodott ikun aktar frisk u jġib prezz aħjar. F’ħafna każi id-domanda fis-suq għall-prodott organiku tkun akbar u għaldaqstant dan jinħataf aktar malajr.

Il-laqgħa ta’ informazzjoni saret fil-Kunsill Lokali tar-Rabat f’Għawdex u kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said kif ukoll miċ-Chairman tal-MSA l-Inġinier Francis E. Farrugia. It-tnejn saħqu li l-prattika tal-biedja organika tgħin mhux ftit biex jintlaħqu l-miri stabbiliti minn Eko-Għawdex bħala parti mill-Viżjoni 2015. Fil-gżira Għawdxija diġa hemm ħames bdiewa li jipprattikaw il-biedja organika u żewġ proċessuri ta’ biedja organika. L-interess fil-biedja organika f’Malta wkoll qed jiżdied tant li issa hawn 15-il-bidwi li huma ċertifikati biex jipproduċu jew jipproċessaw prodotti tal-biedja organiċi. Bejniethom jaħdmu 22 ettaru ta’ raba’ u jkabbru 20 tunnellata ta’ prodotti organici fis-sena. Dan ifisser li f’Malta, l-art għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi żdiedet b’madwar 33 fil-mija f’dawn l-aħħar ħames snin.

Iċ-ċertifikazzjoni li tinħareġ mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (Malta Standards Authority – MSA) tistabbilixxi li l-prodotti organiċi imkabbra jew ipproċessati mill-bdiewa huma konformi mar-regolament Ewropej. F’Malta, fost il-bdiewa ċertifikati disa’ huma produtturi u sitta huma proċessuri. Il-prodotti li jpoġġu fis-suq jinkludu kull tip ta’ ħxejjex, frott, ħwawar, żejt taż-żebbuġa, ġulepp u zlazi. L-iskema ta’ ċertfikazzjoni għall-biedja organika ddaħħlet f’pajjiżna f’Diċembru 2004 u hi bbażata fuq ir-regolament (EC) Nru 834.2007 tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-regolament jispeċifika il-metodi li għandhom jintużaw fil-prattika tal-biedja organika sabiex il-prodotti jkunu verament ġenwini fl-interess tal-ħarsien tas-saħħa u l-interessi tal-konsumatur.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fakkar li jeżistu skemi b’fondi Ewropej li jinċentivaw lill-bdiewa u lir-raħħala li jkunu jridu jaqilbu mill-metodu tradizzjonali għall-biedja organika. Il-Miżura 132, waħda minn dawn l-iskemi, tinvolvi fond ta’ 1.2 miljun ewro u din tintuża biex tgħin bdiewa jaqilbu għall-biedja organika. Skemi oħra, u li b’kollox jammontaw għal 23 miljun ewro, huma maħsuba biex jgħinu lill-bdiewa u lill-proċessuri ta’ prodotti organiċi jsiru aktar kompetittivi u jinvestu f’teknoloġiji aktar moderni. Waqt il-laqgħa l-bdiewa ingħataw ukoll informazzjoni fuq l-użu korrett tal-pestiċidi. Intqal ukoll li l-MSA tagħmel spezzjonijiet regolari biex tistabbilixxi jekk il-bdiewa hux qed jużaw il-pestiċidi f’livelli ogħla milli jistabbilixxu r-regolamenti.

Matul l- 2009 saru 576 spezzjoni għand 46 bejjiegħ differenti. Fl-ewwel ħames xhur ta din is-sena ġew spezjonati 379 prodott għand 29 bejjiegħ. Sa tmiem Mejju li għadda 79 kampjun ta prodotti agrikoli ntbagħtu barra min Malta biex jiġu ttestjati għal residwi ta’ pestiżidi.

L-ebda prodott ma nstab b’residwi ogħla min dawk stabbiliti mir-regolamenti Ewropej li jfisser li l-bidwi u r-raħħal Malti qed iħarsu r-regolamenti.Din kienet it-tieni laqgħa ta’ informazzjoni organizzata f’Għawdex mill-MSA fi spazju ta’ tmint’ijiem. Il-ġimgħa li għaddiet Kunsilli Lokali Għawdxin kienu mħeġġa jieħdu aktar inizjattivi ambjentali b’tali mod li jkunu jistgħu jiksbu l-eko-ċertifikazzjoni EMAS.

Fi tmiem il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Chris Said żar il-fabbrika ta’ Magro Brothers fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija fejn ippreżenta ċertifikat lil sid il-kumpanija John  Magro għax il-kumpanija kapaċi tipproċessa prodotti tal-biedja organiċi.

Informazzjoni fuq ħidmet il-Malta Standards Authority

Il-konsumatur Malti hu protett minn madwar 20,000 standard li ħafna minnhom tfasslu fl-Ewropa u kienu addottati minn pajjiżna. Tnax-il standard ieħor tfasslu mill-esperti mqabbda mill-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (Malta Standards Authority – MSA).

Is-sena li għaddiet il-MSA ħarget standard dwar id-distribuzzjoni tal-ħalib u oħra dwar ir-remote gaming. Bħalissa qed ikunu finalizzati standards dwar il-bejgħ tal-ħut u dwar il-kwalita’ tal-ħxejjex u l-frott Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow