Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ

PR1101
Date Icon 11/06/2010

Il-Gvern se jkompli jinvesti fis-saħħa tal-poplu

Il-Gvern se jkompli jinvesti biex jagħti lill-poplu l-aħjar servizzi u kura tas-saħħa b’xejn. Għall-Gvern, is-saħħa tal-poplu hi ta’ prijorità’.

Din l-istqarrija ma jistax jagħmilha il-kelliem tal-Pppożizzjoni Michael Farrugia għaliex kien Ministru tas-Saħħa fi gvern li kien iddikjara li l-investiment fi Sptar ġdid u modern li joffri l-aħjar kura għall-pazjenti kien kapriċċ. Meta Michael Farrugia kien Ministru tas-Saħħa bdew jiddaħħlu ħlasijiet għas-servizzi tas-saħħa, inkluż għall-mediċini b’xejn. L-ex ministru tas-saħħa kien parti minn Gvern li kien jixxaħħaħ mas-saħħa tal-poplu u mal-oqsma soċjali u għalhekk jixxaħħaħ ma’ min ikun l-aktar jeħtieġ għajnuna.

Il-Gvern se jkompli jinvesti fis-saħħa tal-poplu billi jingħataw aktar servizzi u tingħata kura ta’ l-ogħla kwalità għall-ġid tal-pazjenti u l-qraba tagħhom. Il-Gvern irid l-aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin, partikolarment għal dawk li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli ta’ saħħa. L-Oppożizzjoni, bl-istqarrijiet tagħha qed turi li ma tħaddanx din il-viżjoni.

Il-Gvern se jinvesti f’Ċentru ġdid tal-Onkoloġija għal min ibati mill-marda tal-kanċer. Dan l-investiment se jsir għaliex il-Gvern hu sensittiv lejn il-ħtiġiet tal-poplu u jrid l-aħjar għal min ikun għaddej mill-mard.

Kif diġà ġie spjegat fil-mistoqsija parlamentari li twieġbet fis-26 ta’ Mejju 2010, ġew eżaminati l-obbligi kontrattwali li kellhom Skanska favur il-Gvern Malti u li dawn ġew onorati u l-ħlasijiet saru skont il-ftehim li kien ġie iffirmat bejn il-Gvern Malti u Skanska. L-Oppożizzjoni qed tinjora ir-risposta li talbet hi stess, biex tibqa’ trewwaħ kontra s-servizzi tas-saħħa.

Il-Gvern irid jiġġieled il-kanċer. Hi ħasra li hawn min, minflok, il-ġlieda tiegħu hi kontra ż-żieda fl-investiment fis-saħħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow