Left arrow Mur Lura

FTUĦ TA’ ESIBIZZJONI MINN STUDENTI TAL-ISTITUT TAL-ARTI U D-DISINN TAL-MCAST

PR1092
Date Icon 11/06/2010

42 applikazzjoni għall-Boroż ta’ Studju fl-Arti

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, fetħet wirja ta’ proġetti artistiċi magħmul minn studenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li temmew kors li permezz tiegħu kisbu Higher National Diploma  fil-Fine Arts. L-esibizzjoni li qed issir fil-bini fejn qabel kien hemm il-Power Station il-qadima fil-Valletta Waterfront, liema bini kien ġie  riabilitat apposta mill-istudenti stess sabiex tkun tista’ tilqa’ fiha din l-esibizzjoni.

F’diskors li għamlet fil-ftuħ tal-wirja, il-Ministru Cristina qalet li meta wieħed idur dawra mal-wirja ma jistgħax ma jammirax id-don kreattiv tal-istudenti-artisti li qegħdin jesibixxu x-xogħlijiet li ħolqu fil-kors tal-istudji tagħhom fl-MCAST.

Din hi ċelebrazzjoni ta’ kreattivita’ li hi l-ħila li wieħed jiġġenera ideat innovattivi u jittraduċihom minn ħsibijiet għal realtajiet. Dan hu proċess li jinvolvi ħsibijiet oriġinali li mbagħad jinbidlu fi produzzjonijiet artistiċi.

Dolores Cristina qalet li l-lum nitkellmu fuq il-kreattivita’ bħala industrja li tgħin l-ekonomija tal-pajjiż. Industrija li tiġġenera l-ġid permezz tal-ħolqien u l-esplojtazzjoni tal-proprjeta’ intellettwali billi tipprovdi servizzi kreattivi.  Il-ħidma kreattiva qed issir dejjem aktar parti mill-ekonomiji tal-pajjiżi industrjalizzati.

Il-lum, il-Gvern waqqaf taqsima apposta fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Investiment biex tgħin fl-iżvilupp tal-Industrja Kreattiva f’pajjiżna.

F’dan il-kuntest, il-ħidma tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn issir aktar rilevanti għaliex għandu responsabbilta biex jipprepara nies biex jaħdmu f’din l-industrja tal-kreattivita’ billi jgħinhom jiżviluppaw it-talenti u l-ħiliet kreattivi tagħhom kollha.

Il-Ministru qalet li dawn l-għaxar studenti li qed jesibixxu se jiggradwaw u jieħdu l-Higher National Diploma fil-Fine Arts u allura s-sena d-dieħla jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw biex jiksbu BA (Hons) Fine Arts li se jkun offrut għall-ewwel darba s-sena li ġejja. Hi ħeġġithom biex jaħtfu din l-opportunita’.

Biex ikompli jsaħħaħ dan il-qasam, il-Gvern, fil-bidu ta’ Marzu li għadda nieda skema ta’ Boroż ta’ Studju fl-Arti.  Hu ta’ sodisfazzjon li kien hemm 42 persuna li applikaw għal dawn il-Boroż ta’ Studju, maħsuba biex jgħinu studenti jkomplu jispeċjaliżżaw fil-qasam artistiku tagħhom.  Bħalissa qed isiru l-intervisti biex jingħażlu l-istudenti li se jieħdu dawn li scholarships.

Il-Ministru ferħet lill-istudenti għax-xogħol sabiħ li ppreżentaw f’din il-wirja, lill-għalliema u l-amministraturi tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn u tal-Kulleġġ u esprimiet it-tama li aktar studenti jagħżlu dan il-qasam ta’ studju u li jsibu l-għajnuna kollha li għandhom bżonn biex jiżviluppaw it-talenti kreattivi tagħhom, jagħmlu karriera li tagħtihom sodisfazzjon u fl-istess waqt ikunu qed jikkontribwixxu għall-ġid ekonomiku tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow