Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN F’KONSULTAZZJONIJIET LI GĦANDHOM IWASSLU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DOKUMENT TAL-POLITIKA NAZZJONALI KULTURALI

PR1091
Date Icon 11/06/2010

Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tad-dokument tal-Politika Nazzjonali Kulturali imniedi aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħa sehem f’laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-koordinaturi tal-istess dokument.

L-għan tal-laqgħa kien li jkunu diskussi l-oġġettivi kif ippreżentati fil-Ħames Taqsima tal-abbozz li titratta l-Kooperazzjoni Kulturali Internazzjonali. Dan sar fl-isfond tal-fatt li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu rwol ċentrali fit-twettieq ta’ din il-parti tal-Politika Nazzjonali Kulturali. Barra mill-proposta li jitwaqqaf bi sħab l-Istitut Kulturali Malti, liema Istitut huwa maħsub li jkun responsabbli mill-promozzjoni tal-identità kulturali Maltija, id-dokument ippreżentat  jiffoka wkoll fuq l-importanza strateġika tal-Ministeru biex titjieb il-governanza kulturali ghall-kollaborazzjoni internazzjonali.

Permezz tax-xibka ta’ Ambaxxati, Kummissjonijiet Għolja, Rappreżentanzi Permanenti u Konsolati stabbiliti barra minn Malta, flimkien mat-taqsima tad-diplomazija kulturali, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iħares b’entużjażmu ’il quddiem lejn l-implimentazzjoni ta’ dan id-dokument. Il-Politika Kulturali Nazzjonali hija opportunità biex ikunu stabbiliti miri ta’ eċċellenza artistika kif ukoll jinfetħu toroq ġodda għall-artisti lokali biex ikomplu jesprimu it-talenti tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra.

Huwa f’dan il-kuntest ta’ tiġdid li l-Ministeru laqa’ u ħa sehem attiv fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar dan id-dokument u jħares ’il quddiem lejn aktar kooperazzjoni diretta fil-kors tal-implimentazzjoni tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow