Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER MICHAEL FRENDO JIEĦU SEHEM FIL-KONFERENZA EWROPEA GĦALL-PRESIDENTI TAL-PARLAMENTI F’ĊIPRU

PR1083
Date Icon 10/06/2010

Aktar tard wara nofsinhar, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr. Michael Frendo se jħalli Malta fi triqtu lejn Ċipru sabiex jieħu sehem fil-Konferenza msejjħa mill-Kunsill tal-Ewropa għall-Presidenti tal-Parlamenti tal-pajjiżi msieħba.  Din il-Konferenza titlaqqa’ kull sentejn, u l-aħħar darba li nżammet kien fl-2008 fi Strasburgu fi Franza.

Il-Konferenza ta’ Ċipru, li hija mifruxa fuq jumejn u li se tinżamm fil-belt ta’ Limassol fin-nofsinhar tal-pajjiż, se tiddiskuti żewġ temi ewlenin: ‘Id-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-Oppożizzjoni fil-Parlament’ u ‘Il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fil-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet umani’. 

F’messaġġ ippubblikat fis-sit elettroniku tal-konferenza  (http://www.cyprusjune2010.info/) li qed tiġi organizzata mill-Kamra tar-Rappreżentanti tar-Repubblika ta’ Ċipru, l-Onor Mr. Marios Garoyian, Speaker tal-Parlament Ċiprijott awgura li l-laqgħat ikunu pass sinifikattiv ieħor fil-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa li dejjem tipprova ġġib ‘il quddiem tliet prinċipji fundamentali: id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Is-Sur Ray Scicluna, Assistent Skrivan tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, se jkun qiegħed jakkumpanja lill-iSpeaker Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow