DISKORS MILL-ONOR CLYDE PULI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ZGĦAŻAGĦ U SPORT, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-PROĠETT TA’ WHITE ROCKS SPORTS & LEISURE VILLAGE, BERĠA TA’ KASTILJA, VALLETTA – L-ERBGĦA, 9 TA’ ĠUNJU 2010
Matul dawn is-sentejn li ilni fil-kariga, kelli l-pjacir niltaqa’ ma’ hafna minnkom. Kellimtuni dwar il-bzonnijiet partikolari tad-dixxiplini taghkom u qsamtu mieghi l-aspirazzjonijiet li ghandkom ghall-isport Malti.
Flimkien identifikajna l-ħtiġijiet u iddiskutejna b’passjoni dak li nistghu naghmlu. Flimkien tfajna harsitna b’ambizzjoni lejn fejn xtaqna naslu, anke jekk dejjem konna kawti, ghaliex konna wkoll konxji, li x-xewqat taghna huma xi ftit jew wisq limitati mir-rizorsi u d-daqs ta’ pajjizna.
Hlomna flimkien, anke jekk bqajna saqajna mal-art.
Izda l-lejla hbieb tieghi, ippermettuli naghmel ftit bhal ma taghmlu inthom fl-isport taghkom. Halluni nerfa’ ftit saqajja minn mal-art!
Jien ghandi vizjoni ghall-isport Malti. Quddiem ghajnejja qed nara progett nazzjonali, li mhux biss se jitgawda minn mijiet ta’ atleti u eluf ta’ spettaturi, izda progett li ghandu l-potenzjal li jbiddel id-dinamika kollha ta’ l-isport Malti, minn fuq sa’ isfel. Minn dak it-tifel zghir li jibda jinnamra ma’ xi dixxiplina ghall-ewwel darba, sa l-aqwa atleta li xxejer il-bandiera Maltija mal-erba’ t’irjieh tad-dinja
Il-holqien ta’ White Rocks Sports & Leisure Village, u l-ishubija mall-inizzjattiva u l-interess privat, se jkun qed joffrilna opportunita unika u mudell biex nimxu l-quddiem.
Kemm tkellimna li ghandna bzonn aktar facilitajiet u facilitajiet ahjar. Issa ghandna c-cans li nzidu numru kbir ta’ facilitajiet sportivi, u ta’ livell internazzjonali..
Kemm tkellimna dwar il-htiega ta’ facilitajiet minn fejn l-ghaqdiet nazzjonali jkunu jistghu jamministraw l-isport taghhom. Issa se jkollna House of Sports minn fejn noffrulkom spazju ta’ ufficju, meeting rooms u conference facilities minn fejn tmexxu l-hidma ferm apprezzata taghkom.
Kemm tkellimna dwar zaghzagh ta’ certu talent u kalibru, sa 14 il-sena, tajbin daqs ohrajn barra pajjizna, li tlifnihom matul it-triq, ghaliex kellhom jaghzlu bejn id-dixxiplina sportiva u dik akkademika. B’ White Rocks daqshekk vicin il-Kulleg St Klara, ghandna c-cans nibdew insaqqu t-talent ta’ dawk l-istudenti, li jistghu ikunu l-atleti elite ta’ għada, billi noffrulhom it-tahrig u l-flessibilita mehtiega biex jizviluppaw it-talent taghhom sal-massimu billi noholqu l-ewwel Kullegg tal-Isport f’Pajjizna.
White Rocks Sports & Leisure Village qed jidhol kexxun fil-vizjoni sportiva ta’ dan l-gvern. Vizjoni li l-qalba taghha hi l-konvinzjoni li l-isport huwa kultura u stil ta’ ħajja. Konvinzjoni li l-isport jibni l-karattru taż-żgħażagħ tagħna u jikkultiva soċjetà fiżikament u mentalment b’saħħitha. Konvinzjoni li l-isport kapaci jdawwar ir-rota ekonomika. Ahna nemmnu li iktar ma’ l-isport jintiseg mat-tessut kulturali ta’ pajjizna aktar ikollna pajjiz b’sahhtu, f’kull sens tal-kelma.
F’termini ekonomici, apparti l-investiment kapitali ta’ €200 miljun li semma l-prim ministru, White Rocks Sports & Leisure Village se jkollu ripple effect tajjeb fuq oqsma economici differenti: b’ mod partikolari fuq is-settur tal-ospitalita, is-servizzi, u l-kummerc.
White Rocks Sports & Leisure Village se jibda jattira t-turizmu sportiv, bil-kompetizzjonijiet internazzjonali, training camps u konferenzi sportivi se nkunu qed nattiraw aktar turizmu lejn pajjizna. Ghandna temp Mediterranju, haddiema mharrga tajjeb u dalwaqt gfaciliatjiet sportive mill-aqwa. Ricetta formidabbli ghal dawk li b’sajf jifhmu it-temp li kellna ahna f’Jannar li ghadda. Issa se nkunu f’pozizzjoni li noffrulhom li jkomplu t-tahrig taghhom anke fl-eqqel tax-xitwa u minn dan se jgawdu l-atleti taghna , li minaghjr spejjez ta’ safar jista jkollhom kontra min jitharrgu.
Hbieb tieghi, illum hija gurnata storika ghall-isport Malti. Gurnata li fiha dak li hlomna bih flimkien qed inqabbduh it-triq tar-realta. U ninsab ottimist li din mhux se tkun l-uniku bxara tajba ghall-isport Malti matul din is-sena ghaliex kif qal il-Prim Ministru, illum huwa biss il-bidu u mhux it-tmiem ta’ din l-avventura.
Fil-bidu tlabtkom permess biex ghal ftit minuti, f’dal mument sabih li fih qed invaraw dan il-progett, tippermettuli ninqata ftit mill-art.
Izda naccertakom li minn ghada filghodu, saqajja se jergghu jkunu mal-art. U mhux se naqlaghhom minn hemm qabel naslu. Flimkien ma’ l-investituri, entitajiet governattivi, maghkom u mal-pubbliku se inkomplu norqmu dan il-progett biex nirrealizzawh fl-interess nazzjonali u ghall-gid ta’ kulhadd.
Qabel naghlaq ippermettuli ftit ringrazzjamenti. L-ewwel nett lil Prim Ministru, li mill-bidu emmen f’dan il-progett, lil Ministru Cristina li minkejja l-impenji kollha, mhux biss zammet interess kontinwu izda offrietli spazju biex nimrah u inwettaq, il-Ministru Fenech li bazikament huwa fi shab u bicca wahda mieghi fit- twettiq ta’ dan il-progett, u fl-ahhar u mhux l-anqas lil Austin Gatt li kien ta’ gwida kontinwa bil-pariri siewja tieghu. Grazzi. Issa li se nibdew in-negozjati jien u l-komunita sportiva se jkollna bzonnkom aktar is-sostenn taghkom.
Lilkom il-komunita sportiva, inweghdkom li se naghmel hilti kollha biex dak li l-lejla qed nurikom f’immagini nkunu nistghu narawh fir-realta f’White Rocks.
Grazzi.
.../Brief White Rocks.doc
.../White Rocks visual.jpg
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990