Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI B’RISPOSTA GĦAL-ISTQARRIJA TAL-O. LEO BRINCAT

PR1080
Date Icon 09/06/2010

L-Oppożizzjoni tibqa’ tfixkel u tħawwad l-imħuħ fuq l-enerġija alternattiva.

Huwa tal-iskantament kif l-Oppożizzjoni tagħżel li tkompli tieħu l-irwol ta’ ġurnalista li jagħżel li jikkritika fl-ajru mingħajr ma verament ikun jaf x’qed jiġri.

l-Onor. Brincat jaf li l-Gvern applika mal-MEPA biex jinbdew l-istudji neċessarji sabiex f’pajjiżna jkollna tliet siti bil-Wind Farms, tnejn fuq l-art u sit fil-baħar.  Intant bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni se jinbdew fil-jiem li ġejjin studji dettaljati magħrufa bħala Environment Impact Assessments (EIA’s). Dan huwa proċess pubbliku, fil-miftuħ u trasparenti. Is-siti ntgħażlu minħabba t-tipoloġija tas-sit u windprofiles indikattivi, iżda l-Gvern dejjem qal li jridu jsiru studji aktar dettaljati viċin is-siti ndikati.  L-Onor Brincat imissu jaf b’dan kollu.

Il-Gvern jimxi fuq ir-riżultati tal-istudju u mhux fuq x’jidher fil-ġurnali jew x’jaqra wieħed fuq l-internet, għax hekk titlob is-serjeta’. Il-proċedura serja titlob, li l-ewwel tidentifika s-siti, imbagħad isiru l-istudji fuq is-siti indikati. X’tippretendi l-Oppożizzjoni li jsiru studji ġeoliġiċi madwar il-pajjiż kollu bi flus il-poplu?

Il-Gvern miexi sabiex sas-sena 2020, 10% tal-ġenerazzjoni eletrika tkun ġejja minn sorsi nodfa. Biex dan isir pajjiżna hemm bżonn jisfrutta r-riżorsi kollha possibbli mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart. Il-Gvern għal kuntrarju tal-Oppożizzjoni dejjem kien ċar fid-direzzjoni tiegħu.

Dwar sit għall-wind farms f’Għawdex il-Gvern dejjem kellu l-istess pożizzjoni li dan il-pjan ikun inkorporat fil-proġett ta’ Eko Għawdex. Hija l-Oppożizzjoni li hija inkonsisteni fejn mat-tħabbira tas-siti tal-Wind Farms, l-Kap tal-Oppożizzjoni mar fil-Baħrija jbeżża’ li bil-Wind Farms issir ħsara lill-ilma ta’ taħt l-art. Il-konfużjoni tal-Oppożizzjoni hija aktar evidenti għax fil-fatt kien l-Onor. Brincat stess li kien kiteb diversi drabi li l-Gvern għandu jikkonsidra li jinstalla Wind Farm ġewwa l-Baħrija.  L-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni tkompli toħroġ f’din l-istqarrija. Huwa faċli li toħroġ stqarrijiet u tibqa’ mingħajr pożizzjoni. Taqbel l-Oppozizzjoni ma’ Wind Farm f’Għawdex? Jekk iva fejn? Jekk le għaliex?

Leo Brincat waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali kien qal li l-pozizzjoni tiegħu u tal-Partit Laburista tittieħed fuq public perception surveys. Dan juri n-nuqqas ta’ serjetà tal-Oppożizzjoni.   Fl-istqarria tiegħu l-Onor. Brincat saħaq li l-Gvern għandu ‘jiddikjara ċar u tond liema siti bi ħsiebu jikkunsidra...’ Imiss lill-Oppożizzjoni biex tgħid liema siti għandhom jintgħażlu wara li kif kien kiteb l-Onor. Roderick Galdes f’ġurnal lokali f’Lulju tal-2008 gruppp ta’ esperti ġabru tagħrif biżżejjed sabiex l-Oppożizzjoni tfassal direzzjoni strateġika. Tajjeb li l-poplu jkun jaf l-analiżi sentejn wara li l-esperti ġabbru dan it-tagħrif.

Il-politika tal-Gvern hija ċara u pubblika. L-istudji wkoll isiru pubbliġi ġa la darba jitlestew.  Il-Gvern b’mod responsabbli u serju għaddej b’ħidma kontinwa sabiex f’dan il-pajjiż niġġeneraw enerġija nadifa sabiex inħarsu l-ambjent u nħarsu saħħittna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow