Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUGA MILL-OPPOŻIZZJONI

PR1078
Date Icon 09/06/2010

Il-Qorti Ewropea twaqqa’ l-argument tal-Oppożizzjoni dwar il-VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi.

Waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat għaddej b’kampanja fejn qed jipprova juri lilu nnifsu li lest jiġġieled kull tip ta’ korruzzjoni, f’dan il-każ huwa lest li juża flus il-poplu billi jwieghed rifużjoni ta’ taxxa miġbura mill-Gvern Malti b’mod leġittimu u minkejja li ma hemm l-ebda deciżjoni ta’ qorti li qalet li l-Gvern Malti kiser xi ligi.

Il-Gvern ġabar it-taxxa li kienet dovuta u xejn aktar. Is-sistema ta’ tassazzjoni fuq il-vetturi ta’ pajjiżna kienet għaddiet mill-Parlament Malti, liema liġi ma ġietx ikkontestata mill-Kummissjoni Ewropea fil-process ta’ screening għas-sħubija fl-Unjon Ewropea, u mhux biss ma teżisti ebda sentenza li tgħid li Malta kisret il-liġi, iżda l-Kummissjoni Ewropea qatt ma ressqet lil Malta quddiem il-Qorti Ewropea minħabba l-kwistjoni.

Anzi, fl-20 ta' Mejju 2010, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tatx ragun lill-Kummissjoni Ewropea li kienet qed targumenta, bħal ma qed jagħmel il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni fil-każ ta’ Malta, li abbażi tad-deċiżjoni preċedenti fil-każ tad-Danimarka, allura anke s-sistema użata fil-Polonja ma kienitx konformi mal-liġi. Il-Qorti qalet b’mod car li l-Kummissjoni qed tiżbalja meta tasserixxi li t-taxxa ta’ reġistrazzjoni li qed tiġi kontestata f’din il-kawża, hija identika għat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tad-Danimarka.

Dan kien l-istess argument li l-Gvern dejjem għamel fil-każ ta’ Malta.

Għall-kuntrarju, u minkejja din id-deċiżjoni tal-Qorti, Joseph Muscat jibqa’ jippersisti li l-Gvern għandu xi forma ta’ obbligu li jagħti rifużjoni. Dan minkejja li m’hemm ebda decizjoni kontra pajjiżna u issa għal darb’oħra hemm sentenza li tgħid li l-każ tad-Danimarka m’għandux rilevanza għal dak ta’ pajjiżi oħra.

Il-Gvern jistieden lill-Oppożizzjoni biex issib is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra l-Gvern Malti li tiddikjara li l-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi hija llegali.

Il-fatt li Joseph Muscat jibqa’ jippersisti fil-wegħda tiegħu li jagħti lura rifużjoni fuq din it-taxxa, anke jekk il-Qrati jiddeċiedi mod ieħor, tikkonferma li din il-wegħda mhi xejn ħlief gimmick elettorali u li Joseph Muscat lest juża l-flus tal-poplu għal voti.

L-Oppozizzjoni fil-kampanja li ghamlet kienet uriet kemm lesta tinjora l-etika u l-korrettezza politika, tant li Joseph Muscat qatt ma ddikjara li hu għandu interess dirett, għaliex anki hu jrid jiehu flus ta’ taxxa li ħallas. Kienet il-media li kixfet lil Joseph Muscat u deputati ta’ l-Oppozizzjoni oħra li kellhom interess dirett, iżda qatt ma qalu li huma fost dawk li jridu flus lura.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow