IL-MINISTRU CRISTINA F’LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI EWROPEJ
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina attendiet għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Impjiegi, is-Sigurta’ Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur li saret it-Tnejn li għadda fil-Lussemburgu.
Matul din il-laqgħa l-Ministri tal-istati membri qablu dwar mira importanti biex sa l-2020 jerfgħu mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, 20 miljun persuna. Din il-mira mistennija tkun ikkonfermata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se ssir fis-17 ta’ dan ix-xahar. Wara din il-konferma Malta tkun mistennija li tistabilixxi mira nazzjonali a bażi ta’ indikaturi rilevanti u meħud kont taċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali.
Fl-istess laqgħa, il-Ministri approvaw ukoll deċiżjonijiet biex jimplimentaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-qasam tas-Sigurtà Soċjali tal-Kroazja, Iżrael, il-Macedonia, it-Tuneżija, il-Marokk u l-Alġerija.
Din il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri kienet importanti wkoll għall-kontribuzzjoni li għamlet fid-dawl tal-Kunsill Ewropew li jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla fejn il-mexxejja tal-istati membri jiltaqgħu fi tmiem il-Presidenza Spanjola.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990