IL-MINISTRU TONIO FENECH GHAL-LAQGHA TAL-ECOFIN FIL-LUSSEMBURGU
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Fost il-punti fuq l-aġenda tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej hemm it-tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-EU2020 u tkomplija tad-diskussjoni dwar it-tisħiħ tar-regolamenti finanzjarji kif ukoll dwar l-exit strategies fiskali.
Intant, l-Istati Membri taż-żona ewro se jkunu qed jiddiskutu wkoll l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Estonja tkun tista’ tissieħeb fiż-żona ewro.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990