STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja Dolores Cristina issostni li hi qatt ma kienet infurmata li kien hemm periklu li l-programmi tal-Unjoni Ewropea, Youth in Action u Life Long Learning setgħu jkunu sospiżi.
Ir-rapport tal-Inkjesta jagħmilha ċara li l-kwestjoni tas-sospensjoni tal-fondi qatt ma kienet eskalata fuq livell politiku u allura qatt ma ġiet għall-attenzjoni tal-Ministru Cristina.
B’riferenza għal dak li qal il-Mexxej Laburista Joseph Muscat dal-għodu li l-Ministru attendiet laqgħa f’Novembru li għadda dwar il-kwestjoni u allura kienet taf x’inju jiġri u għandha tirriżenja, hu evidenti li l-Mexxej Laburista jew ma qarax sew ir-rapport tal-Inkjesta jew qed jipprova jħawwad l-imħuħ.
Il-laqgħa tas-17 ta’ Novembru imsejjħa mis-Segretarju tal-Kabinett Dr. Godwin Grima u li għaliha, fost l-oħrajn kienet preżenti il-Ministru Cristina, kienet dwar numru ta rakkkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Internal Audit and Investigations Department, li hu dipartiment tal-Gvern Malti . F’dik il-laqgħa fil-fatt kien ħareġ ċar li dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu diġa’ bdew jitwettqu u qatt ma ssemmiet il-possibbilta’ jew il-biża’ li setgħu jkunu sospiżi l-programmi tal-Unjoni Ewropea.
Għalhekk, is-sejħa ta’ Joseph Muscat li l-Ministru Cristina għandha tirriżenja hi biss logħba politika li ma hiex imsejsa fuq il-verita’ tal-fatti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990