Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR1061
Date Icon 06/06/2010

Jirrepeti allegazzjonijiet mhux fondati dwar il-każ tal-Gozo Channel

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat qiegћed jagћmel tiegћu allegazzjonijiet li diġà kienu miċћuda u li rriżultaw li kienu infondati.

L-allegazzjonijiet tal-Kaptan Mario Grech kienu infondati u mhux veritieri. Din hija l-aktar konklużjoni evidenti tar-rapport tal-bord ta’ inkjesta indipendenti.  Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment nhar il-Ġimgha ċaћad ukoll allegazzjonijiet oћra li gћamel l-istess Kaptan.  Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ qiegћed jibbaża l-argument tiegћu dwar dan il-każ fuq dawn l-istess allegazzjonijiet li diġà ġew miċћuda.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kompla jibbaża l-argument tiegћu fuq dak li jisma’ mill-media tal-Partit Laburista li rrappurtat allegazzjonijiet infondati tal-Kaptan Grech.  

Joseph Muscat rrefera gћall-allegazzjonijiet li l-Bord ta’ Inkjesta kien magћmul minn membri li jirrispondu lill-Ministeru tal-Finanzi, u li membru minnhom, kif qal il-Kaptan Grech kellu xi konflitt ta’ interess. 

Fi stqarrija ppubblikata l-Ġmgћa, u li qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija, il-Ministeru elenka l-ismijiet tal-membri tal-Bord, li kien jinkludi wkoll uffiċjal tal-Forzi Armati, Kaptan Master Mariner u lecturer l-Università, avukat u ex-impjegat tas-servizz pubbliku.

Joseph Muscat jirrepeti wkoll li membru minnhom, kif qal Kapt Grech, kellu xi konflitt ta’ interess gћaliex kien intervistah “ftit tax-xhur ilu”. Filwaqt li Joseph Muscat ma ddejjaqx jaqbad din l-allegazzjoni, ma ћassx il-bżonn li jfakkar li l-persuna in kawża l-bieraћ ċaћdet dawn l-allegazzjonijiet u spjegat li fil-fatt dik l-intervista saret snin ilu.

... / ... pr1051.pdf

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow