Left arrow Mur Lura

ZEWG LOKALITAJIET GHAWDXIN IFASSLU STUDJI DWAR SOSTENIBILTA’

PR1059
Date Icon 06/06/2010

Għajnsielem u l-Għarb huma żewġ lokalitajiet Għawdxin li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-Gvern biex ifasslu studji dwar is-sostenibilita’ tagħhom. Dawn iż-żewġ proġetti huma tnejn minn tmienja li se jkunu qed jiġu finanzjati mill-Gvern matul din is-sena.

Il-linji gwida jistabbilixxu li l-istudji li jsiru għandhom ikunu ħolistiċi b’tali mod li jindirizzaw l-isfidi demografiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali li dawn il-komunitajiet qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Dawn l-istudji, imfassla minn esperti wara konsultazzjoni mal-għaqdiet u r-residenti tal-lokalitajiet, eventwalment għandhom iservu bħala pjani mfassla fuq tlett snin li fuqhom il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jimxu.

Il-proġetti li ntgħażlu jinkludu wieħed imressaq minn konsorzju magħmul minn seba’ Kunsilli Lokali (Birkirkara, Santa Venera, l-Imsida, Ta’ Xbiex, Ħal Lija, Ħal Balzan, u l-Iklin) bi sħab mal-Kulleġġ Santa Tereża

.

Il-ħames pjani l-oħra tressqu b’mod individwali mill-Kunsilli Lokali taż-Żejtun, il-Kalkara, Ħal Kirkop, il-Mellieħa u r-Rabat f’Malta.

Bejniethom dawn il-Kunsilli Lokali u l-Kulleġġ se jirċievu 160,000 ewro biex ifasslu inizjattivi bil-għan li jtejbu l-lokalitajiet rispettivi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għajnsielem, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said qal li l-Gvernijiet Lokali għandhom rwol edukattiv ewlieni fil-ħidma lejn żvilupp sostenibbli. Dan għaliex huma l-eqreb entitajiet amministrattivi u eżekuttivi għaċ-ċittadini.

Il-pjani strateġiċi għal żvilupp sostenibbli magħżula jvarjaw fin-natura u l-għan tagħhom, b’suġġerimenti u proposti differenti dwar l-użu tal-enerġija, l-ambjent, it-trasport, il-kultura, l-ekonomija, l-inklużjoni soċjali, il-konservazzjoni u r-riġenerazzjoni urbana, u l-immanniġġjar tal-iskart.  

Is-Sindku ta’ Għajnsielem Francis Cauchi qal li permezz ta’ dan l-istudju il-Kunsill Lokali irid jidentifika metodi kif jippromwovi aktar il-lokalita’ bħala destinazzjoni turistika bl-għan aħħar ikun li anki jinħoloq ix-xogħol marbut ma’ din l-industrija. Għal dan l-iskop il-Kunsill Lokali se jkun qed jinvolvi l-għaqdiet kollha u r-residenti tar-raħal. L-istudju jrid jiffoka wkoll fuq oqsma importanti bħas-separazzjoni tal-iskart u t-tniġġiż tal-baħar. Francis Cauchi faħħar ukoll l-iskemi ta’ għajnuna tal-Gvern għax qed jgħinu bil-bosta lokalitajiet żgħar iwettqu dak li s’issa ftit kienu joħolmu li jagħmlu.

Is-Sindku tal-Għarb David Apap qal li l-Kunsill Lokali jqis it-tfassil ta’ pjan għas-sostenibbilita’ bħala essenzjali għaliex permezz tiegħu tista’ tkun pjanata ħidma fit-tul. Sa issa l-Kunsill Lokali kien jippjana fuq perijodu ta’ tliet snin. Issa se jsir pjan fuq firxa ta’ snin li fi kliem David Apap għandu jkun mudell għall-ġenerazzjoni futura. Hu qal li l-Kunsill  Lokali se jkun jikkonsulta mar-residenti tal-lokalita’, miż-żgħar sal-kbar, kif ukoll mal-għaqdiet. Dan għaliex il-verżjoni tagħhom hi importanti ħafna fit-tfassil ta’ pjan li għandu jinfluenza mhux ftit il-futur tagħhom.

DOI – 06.06.2010

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow