Left arrow Mur Lura

TITNIEDA GĦAT-TIENI DARBA L-ISKEMA GĦAR-RESTAWR TAĦ RDIEDEN TAR-RIĦ F’GĦAWDEX

PR1056
Date Icon 05/06/2010

Propjament fl-okkażjoni tal-Jum Dinji favur l-Ambjent, il-Ministeru għal Għawdex dalgħodu nieda għat-tieni darba Skema għar-Restawr ta’ Rdieden tar-Riħ, bħala waħda mill-inizjattivi fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex. Dan wara li s-sena li għaddiet il-Ministeru għal Għawdex issussidja t-tiswija li saret fuq 19-il raddiena tar-riħ madwar il-gżira.

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet f’Wied il-Lunzjata, waqt li kien għaddej programm ta’ attivitajiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji favur l-Ambjent, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li din l-iskema ser tkun ħolqa oħra f’katina ta’ ħidmiet li jippromwovu l-ħarsien ta’ l-ambjent rurali f’Għawdex. Hija sostniet li din l-iskema għandha l-għan li tivvaluta tradizzjoni prattika ta’ l-applikazzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija rinovabbli u li tippromoviha bħala miżura sostenibbli tradizzjonali, li għadha valida ankè llum. Hija żiedet tgħid li dan iwassal biex jiġi mħares il-wirt tradizzjonali f’Għawdex, li għandu jgħin biex jinkiseb impatt sinifikanti fl-iżvilupp soċjali, ekonomiku, ambjentali u kulturali tal-gżira. “Jiena nawgura li ħafna minn dawk li għandhom fil-pussess tagħhom irdieden ta’ dan it-tip, japprofittaw ruħhom minn din l-iskema bħalma għamlu ta’ qabilhom. Dan kemm fl-interess tagħhom, iżda b’mod speċjali għall-interess tal-ġid li din tista’ tagħmel għal gżiritna”, qalet il-Ministru Debono.

Din l-iskema ser tkun iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u kkoordinata mid-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp fi ħdan l-istess Ministeru. L-applikanti eliġibbli għal din l-iskema għandhom ikunu residenti Għawdxin li huma jew sidien ta’ proprjetà li hija wżata għal skopijiet agrikoli jew agro-turistiċi jew bdiewa rreġistrati li għandhom art agrikola li hija rreġistrata taħt l-IACS, u li fiha hemm installati dawn it-tip ta’ rdieden. Din is-sena l-iskema qed tiġi estiża wkoll għall-persuni li mhumiex irreġistrati bħala bdiewa kif ukoll għal sidien ta’ proprjetà li mhix qed tintuża għal skopijiet ekonomiċi. L-applikanti li jiġu aċċettati taħt din l-iskema ser ikunu ntitolati biex jirċievu għajnuna finanzjarja li tkopri massimu ta’ 75% ta’ l-ispejjeż marbuta ma’ xiri ta’ tagħmir u xogħol marbut mar-restawr jew tiswija, li jwassal biex is-sistema relatata terġa’ tibda tiffunzjona. L-għotjiet għal kull applikazzjoni jlaħħqu massimu ta’ €1000 għal kull sistema.

Aktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.eco-gozo.com jew mill-Ministeru għal Għawdex. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju 2010.

DOI - 05.06.2010

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow