Left arrow Mur Lura

CORPORATE VILLAGE: SIMBOLU TAL-EĊĊELLENZA FIL-VIŻJONI TAL-PAJJIŻ GĦALL-2015

PR1055
Date Icon 05/06/2010

Il-proġett ta’ Corporate Village Malta jirrappreżenta l-livell tal-eċċellenza li l-Gvern irid li l-pajjiż jilћaq fil-Viżjoni li gћandu għall-2015 u lil hinn. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech fit-tnedija tal-proġett ta’ investiment bejn il-pubbliku u l-privat fiż-żona tal-Imrieħel, bl-isem ta’ Corporate Village Malta.

Waqt it-tnedija li saret fil-Mużew Marittimu, fil-Birgu, il-Ministru Tonio Fenech spjega li dan il-proġett huwa intiż biex jilħaq numru ta’ għanijiet tal-Gvern, inkluż impenn li jtejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż, impenn lejn disinn ta’ bini effiċjenti, b’teknoloġija nadifa u carbon footprint baxxa; impenn li joħloq punt ta’ kuntatt uniku għan-negozji, impenn lejn it-twaqqif ta’ faċilità sportiva fiċ-ċentru ta’ Malta u impenn li joħloq l-infrastruttura meħtieġa li jservi ta’ ċentru għas-servizzi finanzjarji u servizzi oħra. Dan għandu jippermetti li pajjiżna jattira aktar investiment u postijiet ġodda tax-xogħol.

Dan l-investiment mistenni jlaħħaq bejn il-€150 miljun u l-200 miljun u se jkun ibbażat fuq sħubija bejn il-Gvern u s-settur privat. Filwaqt li l-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise, qed imexxi l-proġett billi ħejja l-idea u d-disinn tal-proġett, il-privat se jkun responsabbli għall-bini, l-iżvilupp u t-tmexxija tal-proġett. Dan se jkun possibbli permezz ta’ ċens għal 50 sena tal-art filwaqt li l-Gvern se jiggarantixxi li se jkun qed juża tletin fil-mija tal-ispazju disponibbli. Għalhekk, illum ingħatat bidu għall-espressjoni ta’ interess li tagħlaq fit-3 ta’ Settembru 2010.

Il-proġett se jimmira li jsaħħaħ it-talba għal uffiċċji u spazju kummerċjali tal-ogħla kwalità, settur li mistenni jikber fis-snin li ġejjin hekk kif pajjiżna jkompli jiżviluppa ekonomikament. Dan se jippermetti l-ħolqien ta’ aktar impjiegi f’dan is-settur. Il-proġett se jkun estiż fuq 130,000 metru kwadru, li minnu l-footprint hi biss ta’ 35,000 metru kwadru, u se jkun jinkludi wkoll faċilitajiet sportivi, child care, ħwienet, spazji miftuħa u ta’ rilassament, kif ukoll parkeġġ taħt l-art.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-proġett, iċ-Chairman tal-Malta Enterprise, Alan Camilleri qal li l-proġett huwa fuq skala ta’ villaġġ, iżda jiġbor fih l-aspirazzjonijiet ta’ pajjiż sħiħ biex jilħaq livelli ta’ eċċellenza f’għadd ta’ setturi. Fost dawn, is-settur tal-kummerċ u s-servizzi finanzjarji, li mistennija jingħataw spinta bil-bini tal-Corporate Village, hekk kif dan se jilqa’ fih kumpaniji f’dan is-settur, fosthom dawk li joffru servizzi fiduċjarji, brokerage, kumpaniji legali u oħrajn ta’ kummerċ internazzjonali.

Aktar informazzjoni dwar il-proġett u d-dokument għall-espressjoni ta’ interess huma disponibbli fuq is-sit  www.corporatevillagemalta.com.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow