IL-BEJGH BL-IMNUT U N-NEGOZJI TAL-FAMILJA HUMA WKOLL SORS IMPORTANTI TA’ HOLQIEN TAL-IMPJIEGI
Il-ћwienet iż-żgћar li jbiegћu bl-imnut, fil-biċċa l-kbira tagћhom negozji tal-familja, ukoll gћandhom kontribut importanti x’jagћtu biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber u jinћolqu aktar postijiet tax-xogћol. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt l-inawgurazzjoni tax-showroom il-ġdida tal-kumpanija Calleja Ltd. f’Birkirkara.
Huwa faћћar l-impenn tal-familja Calleja, li llum waslet fit-tielet ġenerazzjoni tagћha bi storja ta’ 80 sena, li rnexxilha taffronta l-isfidi li ġew quddiemha tul iż-żminijiet billi kompliet timmodernizza l-istabbiliment tagћha, tidentifika prodotti aktar innovattivi u tfittex li tagћti servizz tal-ogћla kwalità lill-konsumatur. Dan wassal biex ћanut li beda b’numru żgћir ta’ ћaddiema llum kiber u sar jipprovdi l-impjieg lil tletin persuna. B’mod partikolari huwa rrimarka l-fatt li tul l-aћћar xhur, anke meta ċ-ċirkostanzi ekonomiċi ma kienux fl-aqwa tagћhom, il-kumpanija xorta gћażlet li tinvesti f’rinnovazzjoni totali tal-istabbiliment tagћha biex tkun tista’ toffri prodott u servizz aћjar.
Tonio Fenech iddeskriva din l-istorja ta’ suċċess bћala eżempju gћas-sidien ta’ negozji żgћar, li m’gћandhomx jaqtgћu qalbhom mill-kompetizzjoni u l-isfidi li jiltaqgћu magћhom u gћandhom jimmiraw li jkunu dejjem aktar innovattivi f’dak li jagћmlu u jfittxu dejjem li jagћtu l-aqwa servizz lill-konsumatur.
Huwa qal li s-settur tal-bejgћ bl-imnut, gћalkemm tradizzjonalment huwa assoċjat ma’ ћwienet żgћar b’numru limitat ta’ ћaddiema, gћandu wkoll potenzjal li jikber, joћloq il-ġid u l-postijiet tax-xogћol. F’dan il-kuntest, huwa fakkar kif minkejja d-diffikultajiet ekonomiċi li d-dinja, u allura anke pajjiżna, gћaddiet minnhom fl-aћћar xhur, statistika ppubblikata nhar il-Ħamis li gћadda mill-Eurostat sabet li Malta kellha l-akbar żieda fil-volum tal-kummerċ bl-imnut matul l-aћћar 12-il xahar. Filfatt, il-kummerċ f’Malta żdied b’aktar minn 8%. Filwaqt li kienu biss tliet pajjiżi oћra fl-Unjoni Ewropea li kellhom żieda fil-kummerċ, ta’ anqas minn 1%, ћmistax-il pajjiż esperjenzaw tnaqqis. Dan huwa messaġġ li juri l-kunfidenza u l-fiduċja tal-imprenditur u tal-konsumatur fl-ekonomija ta’ pajjiżna u jawgura tajjeb gћal prospetti tal-futur qarib.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990