Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR1039
Date Icon 04/06/2010

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jinforma lill-pubbliku in ġenerali li ser jorganizza żewġ laqgħat miftuħa għall-pubbliku bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika  dwar ir-Rapport li l-Kumitat ħareġ dwar il-Qorti tal-Familja. Il-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi u jipparteċipa.

Dawn il-laqgħat huma b’mod partikolari ta’ interess għall-avukati, rappreżentanti ta’ NGOs, membri tal-Korp tal-Pulizija, social workers, medjaturi, kif ukoll persuni li għaddew jew għaddejjin minn esperjenza ta’ separazzjoni.

Dawn il-laqgħat ser isiru fil-Kamra tal-Kumitati, fil-bini tal-Parlament, nhar it-Tlieta u l-Erbgħa 15 u 16 ta’ Ġunju 2010 mis-7.00 pm sat 8.30 pm.

Fil-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta 15 ta’ Ġunju, ser ikunu mistiedna b’mod partikolari, membri tal-Korp tal-Pulizija u social workers, filwaqt li għal-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju ser jkunu mistiedna medjaturi, avukati u persuni oħra relatati mal-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Familja.

Fil-qosor il-Rapport  jevalwa dawn it-temi u rakkomandazzjonijiet;

·     Proċeduri aktar b’saħħithom sabiex jiġu rispettati l-obbligi tal-kuntratt tas-separazzjoni;

·     Tħaris tal-interessi tal-ulied;

·     Reviżjoni tal-istrutturi attwali tal-qorti tal-familja;

·     Moniteraġġ aktar b’saħħtu fuq koppji li jkunu qegħdin fil-proċess ta’ separazzjoni u anke wara;

·     Rwol aktar importanti lill-avukat tat-tfal;

·     Ħatra ta’ uffiċjal tal-qorti li jħares l-interessi tat-tfal (Guardian ad Litem);

·     Salvagwardja tal-interessi u drittijiet ta’ trabi fil-ġuf;

·     Bżonn ta’ liġi tat-tfal b’saħħitha.

Kopja ta’ dan ir-rapport hija aċċessibli fuq il-websajt tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/socialaffairscommittee.

Kull min jixtieq jattendi għal dawn il-laqgħat huwa mitlub jikkomunika mal-Kumitat fuq l-email socialaffairs.parliament@gov.mt  sa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2010.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow