FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO F’GĦAWDEX
Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizza ċerimonja kommemorattiva fi Triq Bullara fix-Xagħra, fl-okkażjoni tal-Festa Nazzjonali tas-7 ta’ Ġunju. Iċ-ċerimonja din is-sena se ssir għada l-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju 2009 fl-9.45 a.m. Il-programm, bis-sehem tal-membri Parlamentari Għawdxin, fosthom tal-Onor. Giovanna Debono Ministru għal Għawdex, se jkun imqassam kif gej:
9.45 a.m. Wasla tal-istudenti fi Triq il-Bullara fix-Xagħra
10.00 a.m. Wasla tal-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex
Merħba lill-mistednin
Innu tal-Kulleġġ mill-Kor tal-Iskola tax-Xagħra
Qari ta’ poeżija minn student li jattendi l-Iskola Primarja tax-Xagħra
Qari tal-poeżija Il-Vittma tas-Sette Giugno minn Dun Ġiljan Refalo Rapa
Innu tal-Iskola tax-Xagħra minn Patri Mattew Sultana u Prof. Joseph Vella
Messaġġ kommemorattiv minn żewġ studenti mill-Iskola Primarja tax-Xagħra
Jindaqqu l-Last Post u r-Reveille mill-Forzi Armati ta’ Malta
Tqegħid ta’ kuruni u bukketti ta’ fjuri
Innu Malti mill-Kor tal-Iskola tax-Xagħra
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990