STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi laqgħa b’effett immedjat l-offerta ta’ riżenja tal-Professur Christopher Bezzina, is-Sur Robert Tabone u s-Sur Mauro Pace Parascandolo mill-pożizzjonijiet ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Direttur tal-Iżvilupp tal-Politika u tal-Implimentazzjoni tal-Programmi fl-istess Ministeru u l-Ko-ordinatur Nazzjonali tal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea rispettivament.
Il-Prim Ministru ħatar lis-Sur Paul Zahra bħala aġent Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, lis–Sur Chris Magri bħala aġent Kap tal-Awtorita’ Nazzjonali u lis-Sur Rueben Pullicino bħal aġent Ko-ordinatur Nazzjonali tal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea.
Qed jiġu ppubblikati l-ittri tar-riżenja u r-risposta tal-Prim Ministru.
pr1037a – Rizenja.pdf
pr1037b – Accettazzjoni rizenja.pdf
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990