Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITA`

PR1036
Date Icon 03/06/2010

L-MUMN KONTRADITTORJA

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita` hu impenjat li jkompli jżid l-istaff mediku kwalifikat, inkluż infermiera, fl-isptarijiet u kull fejn tingħata kura lill-pazjenti. Il-Gvern fetaħ opportunitajiet biex aktar infermiera jidħlu fis-servizz pubbliku, fosthom infermiera li ma baqgħux jaħdmu.  Biex ikompli jżid l-ammont ta’ infermiera id-Dipartiment tas-Saħħa hu lest li jdaħħal infermiera kwalifikati minn pajjiżi oħra.  B’dispjaċir ninnutaw li l-Union ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel (l-MUMN) bl-iskuża tal-lingwa għażlet li teħodha kontra l-inizzjattiva tal-Gvern biex itejjeb is-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna billi jingaġġa numru ta’ infermiera ta’ nazzjonalitajiet differenti.

Il-Ministeru jixtieq ifakkar li f’Malta minn dejjem kien hawn infermiera, qwiebel, tobba u professjonisti oħrajn li jitkellmu bl-Ingliż u li integraw ruħhom b’mod professjonali fis-setturi differenti tas-saħħa.

L-MUMN qiegħda tkun kontradittorja meta titkellem fuq nuqqas ta’ infermiera imma fl-istess ħin tikkritika lill-Kunsill Indipendenti ta’ l-Infermiera u lill-Gvern talli qed jagħmlu dan l-isforz kollettiv biex jinstagħbu l-infermiera kwalifikati. Din mhix l-ewwel darba li l-MUMN oġġezzjonat li jiżdied staff mediku.  Dan għamlitu wkoll waqt il-proċess biex jiġu mpjegati Operating Department Practitioners biex jassistu waqt operazzjonijiet.

Tajjeb li wieħed ifakkar li minn barra l-inizjattivi biex jinstagħbu dawn l-infermiera, l-Gvern qed ikompli jisħaq sabiex jiżdiedu n-numru ta’ studenti Maltin li jitħarrġu bħala infermiera f’pajjiżna u l-infermiera kwalifikati Maltin li huma interessati li jirritornaw jaħdmu qed jingħataw kull opportunita` biex jagħmlu dan fis-servizz pubbliku. Dan jinkludi infermiera ta’ ‘l fuq minn 61 sena u ħinijiet flessibli biex jakkomodaw il-bżonnijiet tal-infermiera u l-familji tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow