Left arrow Mur Lura

IMNIEDI KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-COMPUTER GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR

PR1011
Date Icon 01/06/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi illum nieda kors ta’ taħriġ tal-computer immirat għan-negozji żghar, li qed jiġi offrut b’xejn għall-SMEs biex jgħinhom iżommu aġġornati mar-ritmu tal-lum. Il-kors e-Biz qed jigi offrut mill-Gvern b’kollaborazzjoni mal-kumpanija TCTC.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-kors, Jason Azzopardi qal li iktar ma jmur it-Teknoloġija tal-Informatika illum qed tikkaraterizza iżjed oqsma mill-ħajja ta’ kuljum. In-negozji tagħna m’humiex eċċezzjoni, b’ħafna transazzjonijiet ta’ xogħol isiru permezz tal-computer. Huwa qal li it-Teknoloġija tal-Informatika saret strument ċentrali fl-operat ta’ bosta negozji, għax tgħin lin-negozji tagħna jkunu iżjed effiċjenti, u allura iżjed kompetittivi.

Jason Azzopardi qal li meta nitkellmu dwar investiment fin-negozji tagħna spiss naħsbu f’makkinarju, refurbishments jew tagħmir ġdid li naħdmu bih. L-investiment fin-negozji tagħna ifisser ukoll taħriġ tar-riżorsa umana li hija l-iprem riżorsa. Impjegati u ħaddiema li huma kapaċi jużaw l-għodda moderni, jagħtu prodott aqwa, u jikkontribwixxu għall-kompetittivita’ tal-intrapriza.

Is-Segretarju Parlamentari rrimarka li dawn il-korsijiet jikkwadraw perfettament fil-viżjoni tal-Gvern li jibqa’ jeċċella fis-settur tat-Teknologija tal-Informatika. Huwa qal li Malta fl-aħħar xhur ġiet ivvutata bħala l-iżjed pajjiż mis-27 pajjiż membru tal-UE li għandu l-aqwa servizzi tal-Gvern li jingħataw bl-internet – e-Government.

Dan ma jiġix b’kumbinazzjoni, imma jiġi b’ħafna xogħol u impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f’din iċ-ċavetta li tant tgħin lin-negozji tagħna billi tneħħi l-iskariġġ u żżid l-effiċjenza, sostna Dr Azzopardi. Dan l-impenn il-Gvern huwa determinat li jżommu, biex f’Malta nibqgħu noffru l-aqwa servizzi permezz tal-internet, anke fid-dawl tal-Viżjoni 2015.

Jason Azzopardi qal li it-tnedija ta’ dawn il-korsijiet iġġib fi tmiemha l-Ġimgħa Ewropea dedikata lin-Negozji Żgħar, illi fiha l-Gvern żar numru ta’ ċentri kummerċjali, joffri l-informazzjoni u l-għajnuna għall-operaturi tal-SMEs tagħna. Huwa qal li din l-inizjattiva kienet maħsuba biex tqarreb l-informazzjoni u l-għajnuna qrib in-negozjant – għax hemm ħafna għajnuna li jistgħu igawdu minnha, biex itejbu l-operat u jkabbru n-negozju tagħhom.

Ray Abela mit-TCTC radd ħajr lis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet li daħal bi sħab f’dan il-proġett. Huwa qal li ir-rispons għall-kors huwa wieħed tajjeb ferm, u li l-applikazzjonijiet għadom deħlin b’pass konsistenti.

Kull min jixtieq japplika ghal kors, jista’ jagħmel dan billi jcempel fuq telefon numru: 21421784 jew fuq e-mail: info@ebiz.com.mt 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow