AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
PR1006
01/06/2010
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li bħala prekawzjoni, l-ice tea bit-togħma tal-ħawħ tad-ditta ‘Derby’ bid-dettalji hawn taħt imsemmija m’għandux jiġi kkonsumat minħabba l-possibilta’ ta preżenza ta’ yeasts.
Isem
Ice Tea tal-Ħawħ
Ditta
Derby
Piż
0.5L
Data ta’ Durabilita’ Minima
27.01.2011
Lott
27.01.2010
Tip ta’ Kontejner
Flixkun tal-PET
Oriġini
Bulgarija
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sat- 3:00 ta’ wara nofs inhar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990