APPUNTAT AĠENT CHAIRPERSON TAL-ENEMALTA
PR0997
31/05/2010
Id-Deputat Chairperson tal-Korporazzjoni Enemalta, is-Sur Edmund Gatt Baldacchino kien appuntat fil-kariga ta’ Aġent Chairperson tal-istess Korporazzjoni, b’effett minn għada l-1 ta’ Ġunju 2010, sakemm ikun appuntat Chairperson ġdid.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech jirringrazzja lill-Inġinier Alexander Tranter, tal-ħidma tiegħu fi ħdan il-Korporazzjoni matul l-aħħar snin.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990