Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-O. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, DWAR IL-JUM DINJI BLA TABAKK: IR–RWOL TA’ PROFESSJONISTI FUQ IL-KONTROLL TAT-TABAKK – MSIDA – 31 MEJJU 2010

PR0996
Date Icon 31/05/2010

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa qegħdin f’qagħda idejali biex jagħtu s-sehem tagħhom u jgħinu lil dawk li jpejpu biex jieqfu.  Il-Jum Dinji Bla Tabakk 2010 qed  jimbotta ‘l quddiem is-sehem importanti  ta’ dawn il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fuq il-kontroll tat-tabakk u biex iħeġġu in-nies biex jieqfu mit-tipjip.

Bħalissa madwar id-dinja kollha, numru kbir ta’ persuni, madwar 1.3 biljun, qed jużaw it-tabakk,  filwaqt li 4.9 miljun persuna tmut kull sena kawża tat-tipjip. Nofs dawk kollha li qed jużaw it-tabakk eventwalment jistgħu jmutu kawża ta’ mard relatat mat-tabakk. Fl-Ewropa, t-tipjip huwa t-tieni l-akbar kaġun u kawża ewlenija ta’ imwiet, li tista’ tiġi evitata.

Il-professjonisti qegħdin fid-dmir li jipprovaw inaqqsu dawn l-imwiet bis-sehem importanti li għandhom billi jinfurmaw lis-soċjeta’ b’dawn il-fatti tant koroh.  Il-professjonisti kollha bħal nurses, terapisti, spiżjara, tobba u oħrajn, għandhom il-fiduċja sħiħa u l-appoġġ  tal-pazjenti kollha u peress li għandhom l-ewwel kuntatt mal-persuna, huma ikollhom iċ-ċans biex jgħinu lil dawn in-nies ibiddlu l-ħsieb tagħhom dwar it-tipjip u jagħtuhom is-support biex jieqfu.

Stħarriġ juri li anki komunikazzjoni qasira dwar il-perikli tat-tipjip u l-ħtieġa li wieħed jieqaf ipejjep minn dawn l-stess professjonisti huwa  mod mill-aktar effetiv u konvenjenti biex jista’ jonqos it-tipjip.

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa jistgħu jgħinu f’diversi livelli. Minbarra dak li diġa semmejt, jiġifieri fuq livell personali, hemm il-livell ta’ komunita’. Huma jistgħu jħejju pjanijiet biex jappoġġaw l-idejat u l-isforzi biex ikun hawn postijiet ħielsa mit-tipjip u jkomplu jagħtu tagħrif u jipprovdu  meżżi biex jgħinu lil dawk kollha li jixtiequ jieqfu jpejpu. Fl-aħħar, fuq livell soċjali, huma jistgħu jkomplu isaħħu s-sehem tagħhom fil-ħidma kontra il-ġlieda tat-tipjip billi jssemmu leħinhom fuq skala nazzjonali, kif ukoll billi jagħtu importanza kbira  lill-proġetti bħal ‘World No Tobacco Day’ u ‘Who Framework Convention on Tobacco Control’ (WHO FCTC).

Bla dubbju, wieħed mill-aktar modi effettivi li qedin napplikaw biex inwaqqfu t-tipjip hu billi nrażżnu t-tipjip fil-postijiet li jagħtu servizzi. Din l-introduzzjoni tal-liġi kontra t-tipjip f’postijiet pubbliċi għenet biex in-numru tan-nies li jieqfu jpejpu kompla jikber. Minħabba dan ir-riżultat, ħafna pajjiżi qed japplikaw din il-liġi filwaqt li oħrajn, se japplikawha fi żmien qasir biex irażżnu it-tipjip ġo postijiet tax-xogħol u pubbliċi.

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jorganizzaw kampanji u taħrig biex jeduka u jinforma lil dawn il-professjonisti fuq l-isfidi kontinwi li jistgħu jaffaċċjaw fil-ġlieda kontra il-waqfien mit-tipjip. Dan id-Dipartiment jagħti l-appoġġ lill-professjonisti biex ikunu jistgħu jgħinu lill-pazjenti  fil-ġlieda twila tagħhom kontra t-tipjip. Il-professjonisti għandhom iservu ta’ mudell, għaldaqstant id-Dipartiment qed joffri għajnuna biex huma wkoll jieqfu mit-tipjip. Din l-istess informazzjoni qed tingħata lill-istudenti Universitarji speċjalment dawk tal-Mediċina, li bdew jirċievu tagħrif u lezzjonijiet kif jistgħu jevvitaw it-tipjip kif ukoll kif jistgħu jgħinu lil min irrid jieqaf ipejjep. Taħriġ ġdid kif wieħed jista’ jgħin u jagħti pariri biex jieqaf it-tipjip dejjem se jibqa jsir għal kullħadd.

Professjonisti minn oqsma differenti, għadhom kemm gew imħarrġa kif jagħtu pariri lil min ipejjep biex ikunu jistagħu jieqfu. Fil-ġejjieni, ser ikompli jingħata aktar tagħrif  u servizz lil dawn l-professjonisti li forsi ma’ għandhomx daqshekk esperjenza f’din il-problema tat-tabakk ħalli b’hekk ikunu jistgħu jittrataw dawn il-problemi aħjar.

F’Malta, is-servizz li jingħata fic-Ċentri tas–Saħħa mid-Dipartiment biex jieqaf it-tipjip huwa b’xejn, bla ħlas u faċli biex wieħed jattendi għalihom, għalhekk aktar inħajjar aktar nies biex jattendu. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qed jipprovdi għajnuna diversa biex jieqaf it-tipjip. Nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil dan il-grupp ta’ 9 ħaddiema mis-settur tas-Saħħa li temmew kors kontra t-tipjip b’suċċess u nirringrazzja lit-tim kollu tad- Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għal-ħidma bla għeda tagħhom. Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow