STQARRIJA TA L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JIĊĦAD DAK LI QAL L-AGENT MEXXEJ LABURISTA
Hu għajb li l-oppozizzjoni laburista bl-aktar mod irresponsabbli qed taghmel dikjarazzjonijiet dwar materja li taf li l-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jaghmel investigazzjoni dwarha.
Din mhix l-ewwel darba li l-oppozizzjoni b’dikjarazzjonijiet pubblici pruvat tfixkel dak li kienet qed taghmel il-Pulizija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija bdew wara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga, hekk kif kien infurmat b’allegazzjonijiet li saru.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal darb’oħra jerġa jiċħad dak li vvintat l-oppozizzjoni laburista li l-Prim Ministru dam 8 xhur biex jinforma lill-PulizIja dwar l-allegazzjoni. Din hi gidba, li diga giet michuda meta qalha l-ewwel darba l-Kap tal-Oppozizzjoni fid-19 ta’ Mejju li ghadda. Anglu Farrugia dal-ghodu rega irrepeta dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, li ghal darb’ohra qed terga tigi michuda bl-aktar mod kategoriku.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru jinnota li minkejja li l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ezatt qabel mar l-Awstralja qal li kien ilu jaf b’allegazzjonijiet, hu qatt ma ghadda dak li kien jaf lill-Pulizija biex jinvestigaw.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990