Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JILTAQA’ MAL-ISTUDENTI TAL-MCAST

PR0992
Date Icon 28/05/2010

Bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea iddedikata għan-Negozji Żgħar u Medji, is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi illum kellu laqgħa mal-istudenti tal-Kullegg Malti tal-Arti, Xjenza u Tekonologija, l-MCAST ġewwa Raħal Ġdid. Il-laqgħa kienet waħda minn sensiela ma’ studenti minn kulleġġi u istituzzjonijiet edukattivi differenti maħsuba li jwasslu informazzjoni dwar karriera intraprenditorjali għand l-imprendituri potenzjali ta’ għada.

Jason Azzopardi tkellem dwar l-opportunitajiet li jeżistu f’dan is-settur. Huwa saħaq li il-Gvern joffri għajnuna konkreta permezz ta’ bosta entitajiet, bil-ħsieb jibqa’ dejjem wieħed li jkompli jgħin lin-negozji żgħar tagħna, kif ukoll ikun ta’ sostenn għal dawk l-individwi li jkunu jixtiequ jibdew u jarmaw negozju.

Ġewwa l-MCAST f’Raħal Ġdid, illum kien hemm ukoll l-Enterprise Mobile Unit li din il-ġimgħa ukoll kien qed idur kulleġġi differenti. Uffiċjali mill-Malta Enterprise, Dipartiment tal-Kummerċ, Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu, u l-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment wasslu informazzjoni u wieġbu mistoqsijiet ta’ studenti li huma mħajjra jaqbdu t-triq tal-intraprenditorija.

Jason Azzopardi ħeġġeġ ’l istudenti biex jaqbdu it-triq tal-intraprednitorija li toffri sodisfazzjonijiet kbar, fil-waqt li jistħarrġu dwar l-opportunitajiet li joffri l-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow