Left arrow Go Back

L-INVESTIMENT FL-ESTENSJONI TAL-POWER STATION TA’ DELIMARA MEĦTIEĠ GĦALL-ĦOLQIEN TAL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL

PR0984
Date Icon 28/05/2010

L-investiment fl-estensjoni tal-Power Station f’Delimara u l-proġett tal-interconnector ma’ Sqallija huma meħtieġa biex pajjiżna jkun jista’ jibqa’ jikber ekonomikament u b’hekk ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt konferenza internazzjonali dwar il-fuel oil.

Huwa spjega kif l-impjant il-ġdid f’Delimara jagħti attenzjoni partikolari lill-ambjent hekk kif dan se jkun konformi bis-sħiħ mal-istandards kollha Ewropej u internazzjonali dwar l-emissjonijiet. Il-pubblika jista’ jara on line x’hin irid l-emissjonijiet li johorgu u jikkonferma li dawn huma skond standards Ewropej.  Dan qieghed isir ghaliex il-Gvern jemmen fit-trasparenza u biex il-pubbliku jkun jista’ jara d-data tal-Power Station.  Vantaġġ ta’ dan l-impjant huwa li se jkun flessibbli peress li se jkun jista’ jaħdem bil-fuel oil, bil-gasoil kif ukoll bil-gass.

Il-proġett tal-interconnector huwa investiment ieħor kruċjali peress li bħalissa pajjiżna huwa kompletament dipendenti fuq iż-żejt u b’hekk l-ekonomija u l-istabilità tal-enerġija tagħna huma dipendenti fuq provvista kontinwa taż-żejt. Aktar minn hekk, il-proġett se jippermetti lil Malta biex tilħaq il-miri fir-rigward tal-klima stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, li għandha tfisser aktar titjib fil-kwalità tal-ambjent ta’ pajjiżna.  Permezz tal-interconnector ma jkunx hemm htiega li l-Gvern izid turbina ohra biex ilahhaq mad-domanda tal-elettriku.

Huwa spjega kif l-ambjent dejjem kien kunsiderazzjoni importanti fl-għażliet imwettqa fil-kuntest tal-enerġija. Eżempju ta’ dan huwa l-bidla fit-tip ta’ fuel oil użat fil-power stations tagħna, fejn filwaqt li sa ħames snin ilu kien jintuża fuel oil b’kontenut ta’ sulphur ta’ 3.5%,  illum iż-żejt użat fil-Marsa fih 1% sulphur u ta’ Delimara saħansitra 0.7%. Aktar tard din is-sena, il-Power Station tal-Marsa ukoll mistennija tibda topera fuq il-fuel oil b’kontenut ta’ 0.7% sulphur. 

Il-Ministru Fenech tkellem ukoll dwar investiment ieħor importanti li sar bi sħubija mal-IBM, dak tal-installazzjoni tat-teknoloġija tal-ismart meters. Huwa spjega kif l-ismart meters jippermettu lill-konsumaturi biex ikollhom aktar kontroll fuq l-użu li jagħmlu mill-enerġija u b’hekk tiżdied l-effiċjenza fil-konsum u l-energija tintuza b’aktar ghaqal. Sal-lum, hemm diġà 18,000 familja li qed jieħdu sehem fi proġett pilota bl-użu ta’ dawn il-meters. 

Tonio Fenech tkellem ukoll dwar il-prezz tal-enerġija u ddeskriva l-volatilità tal-prezz taż-żejt matul l-aħħar snin. F’dan il-kuntest huwa spjega kif huwa importanti li l-konsumaturi japprezzaw il-valur tal-enerġija u kien għalhekk li filwaqt li l-Gvern irriforma s-sistema tas-sussidji,  qed jagħti numru ta’ inċentivi li jippermettu lill-familji Maltin u Għawdxin jillimitaw il-konsum u jinvestu f’teknoloġiji li jaħlu anqas u jipproduċu enerġija li tiġġedded.  Hu qal li ghalhekk il-Gvern hareg skemi ghal xiri ta’ solar water heaters u panelli fotovoltajici.  Il-Gvern qieghed jinvesti biex f’bini pubbliku jsiru wkoll panelli fotovoltajici biex jintaqqas il-konsum tal-elettriku li jigi generat mill-power stations.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow