KAMPANJA EWROPEA DWAR SIGURTÀ FIL-MANUTENZJONI: DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ – VALLETTA – 27 TA’ MEJJU 2010
Premju Ewropej ghal-Prattika Tajba
Bhala rikonoxximent ghall-kontribut pożittiv fil-qasam tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol minn intrapriżi/organizzazzjonijiet, l-Agenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa u fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) flimkien mal-Aworità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il Post tax-Xogħol (OHSA) qiegħda tilqa’ nominazzjonijiet għall-10 edizzjoni tal-Premjijiet Ewropej għal Prattika Tajba fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan il premju huwa wieħed mill-inizjattivi tal-Agenzija Ewropea, bħala parti mill-kampanja “Postijiet tax-xogħol li jgibu ’l quddiem is-Saħħa”. L-iskema tal-premjijiet għas-snin 2010-2011 sejra tirrikonoxxi lil dawk l-intraprizi jew organizzazzjonijiet li jkunu għamlu kontribuzzjonijiet notevoli u innovattivi biex jintroduċu sistemi ta’ manutenzjoni mingħajr periklu. In-nominazzjonijiet jiġu aġġudikati minn panel indipendenti. Ir-rebbieħ/rebbieħa li ser jiġu imħabbra waqt ċerimonja li tiġi organizzata matul il-Ġimgħa Ewropea Ottubru 2010, jintbgħat/jintbgħatu lill-Aġenzija Ewropea biex jikkompetu għal Premju Ewropej għal Prattika Tajba 2010-2011.
Barra li dawk magħżula jiġu rikonoxxuti għal rowl tagħhom fit-titjieb tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa, rappreżentant tagħhom jiġi mistiden biex jattendi għaċ-ċerminonja tal-għoti tal-premjijiet fi Spanja, u l-eżempji jiġu ppubblikati fi ktejjeb tal-Aġenzija li sejjer jitqassam mal-Ewropa kollha u jitpoġġa fuq is-sit eletroniku tal-EU-OHSA.
L-Aġenzija Ewropea kklassifikat il Manuntenzjoni f`żewġ tipi, li huma:
· Manuntenzjoni preventiva/proattiva – issir biex iżżomm xi ħaġa fi stat li tahdem.
· Manuntenzjoni korrettiva/reattiva – it-tiswija ta` xi ħaġa biex terġa’ tibda taħdem.
Il-premjijiet ser jingħataw f`żewġ kategoriji, dawk l-intrapriżi/organizzazzjonijiet li jimpjegaw inqas minn 100 ħaddiem, u dawk li jimpjegaw 100 ħaddiem u aktar.
Formoli ta’ applikazzjoni flimkien ma’ fuljetti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-OHSA http://www.ohsa.org.mt , jew mill offiċini tal-Awtorità. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil 31 ta’ Awissu 2010.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990