Left arrow Mur Lura

ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM ĠDID GĦALL-ANZJANI

PR0973
Date Icon 27/05/2010

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qiegħed jistieden lill-anzjani residenti fil-Mellieħa sabiex iżuru iċ-ċentru ta’ matul il-jum ġdid li se jinfetaħ fl-istess lokalita’ fil-bidu ta’ Ġunju.

Dan iċ-ċentru se jkun is-17-il wieħed tax-xorta tiegħu f’Malta, u se jipprovdi ambjent li fiħ l-anzjani jkunu jistgħu jissoċjalizzaw filwaqt li jitgħallmu ħiliet ġodda u anke jiddevertu waqt id-diversi attivitajiet organizzati matul is-sena.

Dan se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li matul is-sena se jipprovdi wkoll diversi laqgħat informattivi, edukattivi, taħriġ dwar artiġjanat tradizzjonali u dwar l-użu tal-computer, fosthom E-Anzjan.

L-Anzjani se jkunu wkoll imħeġġa japprezzaw il-ħtieġa li jżommu ruħhom attivi.  Għal dan il-għan, fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa se jsiru diversi attivitajiet fosthom żfin, fejn dawk li jipparteċipaw jieħdu gost, fil-waqt li jżommu ruħhom attivi.

Dawk kollha interessati li jibdew jattendu dan iċ-ċentru, li jifforma parti mill-bini tad-Dar il-Madonna tal-Mellieħa, huma mistiedna jattendu għal open weekend nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.  Għal dawn il-jumejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħejja numru ta’ attivitajiet li se jsiru fil-post u jibdew mit-tmienja ta’ filgħodu l-quddiem (programm anness).

.../pr0973a.doc

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow