JITFAKKAR IC-CENTINARJU MIT-TWAQQIF TAL-ISKOLA PRIMARJA TA’ TAS-SLIEMA
Fl-iskola primarja tal-Kulleġġ Santa Klara f’Tas-Sliema dal-għodu saret ċelebrazzjoni biex tfakkar il-100 anniversarju mit-twaqqif ta’ dan l-iskola.
L-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona ikkonċelebra quddiesa flimkien ma’ numru ta’ saċerdoti li jagħtu servizz fl-imsemmija skola jew fl-inħawi tal-madwar.
Aktar tard il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, inawgurat wirja dwar l-istorja tal-imsemmija skola li fiha hemm ukoll xogħlijiet tal-arti li saru minn studenti stess.
Il-Ministru u l-Arċisqof imbagħad żaru x-shelter ta’ żmien il-gwerra li hemm taħt l-iskola u li, wara li kien tnaddaf u ġie rrestawrat, issa se jkun miftuħ għall-pubbliku.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, l-Ministru Dolores Cristina u l-Ministru George Pullicino ħawwlu żewġ siġriet fil-ġnien tal-iskola, b’tifkira ta’ dan iċ-ċentinarju.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990