Left arrow Go Back

ESTENSJONI TAD-DATA TAL-EGĦLUQ TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL BEJGĦ TA’ APPARTAMENTI U MAISONETTES TAL-GVERN

PR0963
Date Icon 25/05/2010

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Ministru Dolores Cristina u ċ-Chairman tal-Awtorità tad-Djar Charles Borg niedew ħarġa ta’ bejgħ ta’ numru ta’ appartamenti u masionettes madwar Malta bi prezz sussidjat.

L-Awtorità tad-Djar tixtieq tinforma li wara t-talba li kellha mingħand il-pubbliku biex testendi d-data tal-egħluq minħabba li ħafna m’humiex qed ilaħħqu jġibu d-dokumenti kollha meħtieġa, qed tilqa’ din it-talba u għalhekk il-perijodu sa meta jistgħu jintefgħu l-applikazzjonijiet ġie estiż sal-11 ta’ Ġunju 2010.

L-Awtorità għandha 117-il-appartament u maisonette għall-bejgħ bi prezz issusidjat b’rata ta’ 25% fuq il-prezzijiet kummerċjali. Dawn il-postijiet huma ġodda u jinsabu f’14-il lokalità f’ Buġibba, Burmarrad, Kirkop, Marsaxlokk, Mrieħel, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Qawra, Qrendi, Tarxien, Żebbuġ, Żurrieq, u l-Imġarr.

Hemm 80 appartament u maisonette bi tliet kmamar tas-sodda, 33 post b’żewġ kmamar tas-sodda u 4 postijiet b’kamra tas-sodda waħda bil-għan li nilħqu persuni differenti li jixtiequ jsiru sidien ta’ djarhom.

Il-postijiet huma mmirati għal koppji miżżewġin jew ġenitur wieħed li jkollhom it-tfal jgħixu magħhom, koppji għarajjes u ġuvni jew xebba li lkoll irid ikollhom ‘l fuq minn 21 sena. Żgħażagħ li għexu f’xi istituzzjoni jew kienu fostered u persuni b’diżabilità li għandhom mill-inqas 18-il sena jistgħu wkoll japplikaw biex jixtru post taħt dan l-avviż.

L-iskema hija miftuħa għal dawk il-persuni li m’għadhomx dħul li jeċċedi l-€35,000 fis-sena u assi li ma jeċċedux l-€40,000 jekk huma koppji miżżewġin, ġenituri waħedhom jew koppji għarajjes.

Filwaqt li d-dħul annwu ta’ dawk l-applikanti ġuvintur u xebbiet, separati jew romol li m’għandhomx tfal jgħixu magħhom, ma jridx jeċċedi l-€20,000 u ma jridx ikollhom assi iktar minn €25,000.

Pakkett bl-informazzjoni meħtieġa inkluż pjanti, regolamenti u l-applikazzjoni jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tal-Awtorità tad-Djar fi Triq Maċerata, Furjana bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mit-8.00 am sal-4.00 p.m.  

L-Awtorità tibqa’ tilqa’ l-applikazzjonijiet sa nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2010. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Awtorità www.housingauthority.com.mt jew iċempel fuq  2299 1000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow