IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ
Illum is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi jitlaq minn Malta għal Brussel, għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’.
F’din il-laqgħa ser jiġu diskussi proposti għal regolamentazzjonijiet u direttivi għall-Parlament u l-Kunsill Ewropew, fosthom għal:
· L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għas-suq tal-prodotti tal-kostruzzjoni.
· Il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali.
· L-istrateġija Ewropea għal vetturi iżjed nodfa u effiċjenti fl-enerġija.
· Reviżjoni tas-sistema tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea.
Waqt l-istess laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ser isir ukoll dibattitu politiku dwar id-drittijiet tal-konsumatur.
Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari ser ikun hemm Jonathan DeGabriele, Segretarju Privat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990