Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ

PR0958
Date Icon 24/05/2010

Illum is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi jitlaq minn Malta għal Brussel, għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’.   

F’din il-laqgħa ser jiġu diskussi proposti għal regolamentazzjonijiet u direttivi għall-Parlament u l-Kunsill Ewropew, fosthom għal: 

·        L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għas-suq tal-prodotti tal-kostruzzjoni. 

·        Il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali.

·        L-istrateġija Ewropea għal vetturi iżjed nodfa u effiċjenti fl-enerġija.

·        Reviżjoni tas-sistema tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea. 

Waqt l-istess laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ser isir ukoll dibattitu politiku dwar id-drittijiet tal-konsumatur. 

Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari ser ikun hemm Jonathan DeGabriele, Segretarju Privat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow