Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA

PR0950
Date Icon 22/05/2010

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, kitbet lill-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Kultura, Multilingwiżmu u Żgħażagħ fejn infurmata li ttieħdu l-miżuri li kien hemm bżonn u bil-progress li sar fuq miżuri oħra biex ikunu jistgħu jkomplu kemm jista’ jkun malajr il-programmi tal-Youth in Action u Lifelong Learning tal-Unjoni Ewropea li bħalissa huma temporanjament sospiżi.

F’dan ir-rigward, il-bieraħ is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja bagħat informazzjoni dettaljata lil Kummissjoni Ewropea li turi il-miżuri li ttieħdu u qed jiġu mplimentati min-naħa tal-EUPA fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet tal-Awdituri.

Dan juri l-impenn tal-Gvern li s-sitwazzjoni tkun rimedjata kemm jista’ jkun malajr.

Skont l-Kummissjoni Ewropea l-programmmi ġew sospizi bi prekawzjoni u sakemm tkun sodisfatta li l-miżuri meħtieġa ta’ assikurazzjoni jkunu ġew implimentati mill-Aġenzija EUPA.  Ir-rakkommandazzjonijiet tal-Awdituri mqabbdin mill-Ministeru u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma dwar il-bżonn ta’ teħid ta’ miżuri ta’ assikurazzjoni fil-kontrolli operattivi u finanzjarji.

Sadattant l-EUPA  qed ikollha kuntatti ma’ aġenziji simili f’pajjiżi membri biex jinstab mod kif studenti Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-programmi anke din is-sena.  Fil-fatt is-sena li għaddiet Malta għenet lil Ċipru meta l-Kummissjoni kienet issospenditilha xi fondi. Għal darb’ohra Evarist Bartolo qed jagħti informazzjoni zbaljata meta jghid li Malta hija l-ewwel pajjiż li saret is-sospensjoni. Min-naħa tiegħu l-Gvern qed jeżamina jekk hemmx skop għal kumpens lil studenti li laħqu daħlu għal xi spejjeż.

Barra minn dan, fuq talba tal-Ministru Dolores Cristina, il-Prim Ministru ħatar Bord ta’ Inkjesta biex jara x’wassal għas-sospensjoni ta’ dawn il-programmi u jkunu identifikati r-responsabbiltajiet kollha.  L-inkjesta hi prova tal-impenn u s-serjeta’ tal-Gvern biex ikunu identifikati in-nuqqasijiet u jkun assigurat li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow