STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGHOL U L-FAMILJA
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, kitbet lill-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Kultura, Multilingwiżmu u Żgħażagħ fejn infurmata li ttieħdu l-miżuri li kien hemm bżonn u bil-progress li sar fuq miżuri oħra biex ikunu jistgħu jkomplu kemm jista’ jkun malajr il-programmi tal-Youth in Action u Lifelong Learning tal-Unjoni Ewropea li bħalissa huma temporanjament sospiżi.
F’dan ir-rigward, il-bieraħ is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja bagħat informazzjoni dettaljata lil Kummissjoni Ewropea li turi il-miżuri li ttieħdu u qed jiġu mplimentati min-naħa tal-EUPA fuq l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet tal-Awdituri.
Dan juri l-impenn tal-Gvern li s-sitwazzjoni tkun rimedjata kemm jista’ jkun malajr.
Skont l-Kummissjoni Ewropea l-programmmi ġew sospizi bi prekawzjoni u sakemm tkun sodisfatta li l-miżuri meħtieġa ta’ assikurazzjoni jkunu ġew implimentati mill-Aġenzija EUPA. Ir-rakkommandazzjonijiet tal-Awdituri mqabbdin mill-Ministeru u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma dwar il-bżonn ta’ teħid ta’ miżuri ta’ assikurazzjoni fil-kontrolli operattivi u finanzjarji.
Sadattant l-EUPA qed ikollha kuntatti ma’ aġenziji simili f’pajjiżi membri biex jinstab mod kif studenti Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-programmi anke din is-sena. Fil-fatt is-sena li għaddiet Malta għenet lil Ċipru meta l-Kummissjoni kienet issospenditilha xi fondi. Għal darb’ohra Evarist Bartolo qed jagħti informazzjoni zbaljata meta jghid li Malta hija l-ewwel pajjiż li saret is-sospensjoni. Min-naħa tiegħu l-Gvern qed jeżamina jekk hemmx skop għal kumpens lil studenti li laħqu daħlu għal xi spejjeż.
Barra minn dan, fuq talba tal-Ministru Dolores Cristina, il-Prim Ministru ħatar Bord ta’ Inkjesta biex jara x’wassal għas-sospensjoni ta’ dawn il-programmi u jkunu identifikati r-responsabbiltajiet kollha. L-inkjesta hi prova tal-impenn u s-serjeta’ tal-Gvern biex ikunu identifikati in-nuqqasijiet u jkun assigurat li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990