ĦRUĠ TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN – MEJJU 2010
Kien hemm domanda qawwija mill-pubbliku kif ukoll mill-investituri finanzjarji għall-aħħar ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern ta’ Mejju 2010.
Sad-dati tal-għeluq (fil-5.00pm l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010 u f’nofsinhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju, 2010) it-Teżor kien irċieva 2,677 applikazzjoni/offerti b’irkant b’valur totali ta’ ’l fuq minn €232 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ €100 miljun (suġġett għal Dritt li jiżdied l-istock b’massimu ta’ €50 miljun).
It-Teżor ser jolloka l-ammont li aċċetta kif ġej:
Applikazzjonijiet/ Offerti
Allokazzjoni
Pubbliku/ Istituzzjonijiet Finanzjari
Pubbliku
Istituzzjonijiet Finanzjari
Ammont (€)
Ammont (€)
Ammont (€)
MGS 3.75% 2015 (VI) FI offrut bil-prezz ta’ €102.80
92,701,800
3,811,800
14,300,000
MGS 4.6% 2020 (II) offrut bil-prezz ta’ €102.50
38,297,600
9,597,600
28,700,000
Total MGS 5.25% 2030 (I) offrut bil-prezz ta’ €99.50
101,094,600
55,927,600
37,799,000
It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet mill-pubbliku li laħqu l-ammont ta’ €69,337,000 se jintlaqgħu kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990