15-IL NUTAR ĠDID JINGĦATAW IL-WARRANT MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum mexxa ċerimonja li fiha ngħataw il-warrants ‘l 15-il nutar u nutara ġodda. Huwa ferhilhom għal dan il-pass importanti li huma wettqu fil-ħajja professjonali tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jinsab impenjat b’diskussjonijiet mal-Kunsill tan-Nutara biex iwettaq titjib għal-liġi li tirregola l-istess Kunsill, biex dan ikollu iżjed setgħat u għalhekk ikun hemm definizzjoni aħjar ta’ x’inhuwa r-rwol tan-nutar.
Jason Azzopardi qal li n-nutar huwa uffiċjal pubbliku, għalhekk il-valur tal-onesta’ għandu jkun ċentrali fil-ħidma ta’ kuljum tiegħu. Huwa qal li l-professjoni ta’ nutar hija ċentrali fl-iżvilupp ta’ soċjeta’ moderna, u għalhekk hija waħda mill-iktar importanti.
Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lin-nutara ġodda biex ikomplu jżommu lilhom infushom aġġornati akkademikament mal-iżviluppi li jseħħu fil-professjoni tagħhom. Huwa qal li għalkemm is-sodisfazzjon tal-lum huwa ġustifikat, dan huwa biss bidu ta’ proċess ta’ tagħlim li jibda hawn. Jason Azzopardi kompla li l-edukazzjoni formali tagħti l-għodda b’xiex wieħed jaħdem, il-professjoni wieħed jitgħallimha mill-esperjenza.
Jason Azzopardi nnota b’sudisfazzjon li l-maġġoranza tan-nutara li ngħataw il-warrant illum huma nisa, xi ħaġa li tawgura tajjeb filwaqt li tirrifletti iż-żminijiet li ngħixu fihom.
In-nutara li ngħataw il-warrant illum huma:
Mark Abela
Alyssa Manuela Attard
Paula Attard
Charmaine Azzopardi
Katia Cachia
Lara Camilleri
Jeanette Carabott
Abigail Marie Caruana
Anna Debono
Loredana Debono
Marilyn Dimech
Ruth Antoinette Grima
Christian Magri
Rachael Muscat u
Tiziana Maria Refalo
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990