Left arrow Go Back

TWAQQIF TA’ KUMITAT KONSULTATTIV GĦALL-INTRAPRIŻA

PR0927
Date Icon 20/05/2010

TWAQQIF TA’ KUMITAT KONSULTATTIV GĦALL-INTRAPRIŻA

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbru l-attivitajiet għal matul it-Tieni Ġimgħa Ewropea ddedikata għall-SMEs, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ħabbar it-twaqqif ta’ Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, kif imwiegħed bil-Budget għal din is-sena.

Il-Ministru Fenech spjega li l-objettiv ta’ dan il-Kunsill, imħabbar għall-ewwel darba fil-budget 2010, huwa li joħloq djalogu iktar strutturat u regolari bejn il-Gvern, l-awtoritajiet regolatorji u r-rappreżentanti tas-settur tan-negozju. Dan għandu jiżgura kooperazzjoni bejn il-korpi kostitwiti u l-Gvern, u l-awtoritajiet tiegħu biex jiġu diskussi kwistjonijiet u sfidi li għandhom quddiemhom in-negozji. Fih se jieħdu sehem rappreżentanti minn entitajiet tal-Gvern u l-awtoritajiet regolatorji, fosthom id-Dipartiment tal-Kummerċ, il-Malta Enterprise, l-MTA, l-MFSA, il-MEPA u d-Dipartiment tal-Kunsill Lokali; filwaqt li fost il-korpi kostitwiti se jipparteċipaw il-Kamra tal-Kummerċ, l-MHRA, il-GRTU, Gozo Business Chamber, MEA, Kunsill tan-Nisa u oħrajn.

It-tema magħżula mill-Unjoni Ewropea, Training Business Champions tintegra perfettament fil-Viżjoni tal-pajjiż għall-2015. “Irridu tassew niżviluppaw mhux biss kultura imprenditorjali, iżda kultura li timmira li tagħti l-aqwa servizz, l-aqwa kwalità”,  sostna Tonio Fenech.

Il-Ministru Fenech qal li matul dil-ġimgħa, din is-sena se jingħata rwol importanti lill-kreattività u l-innovazzjoni. L-oqsma kreattivi tal-ekonomija, li jinkludu ICT, films, arti, disinn, kif ukoll oqsma bħall-performing arts u oħrajn, joħolqu ħafna xogħol ta’ valur miżjud għoli, isostnu setturi oħra fl-ekonomija, bħat-turiżmu, il-manifattura u l-oqsma finanzjarji, u fl-istess ħin joħolqu ambjent innovattiv f’dawk il-kuntesti.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Negozji Zghar u Artijiet,  l-Onor. Jason Azzopardi min-naha tieghu qal kif il-Gimgha Ewropea ddedikata ghall-SMEs timxi id f’id mal-impenn tal-Gvern li jkompli jkun qrib tal-imprendituri.  Huwa qal li permezz tal-Enterprise Mobile Unit, li ser ikun qed idur il-lokalitajiet kummercjali l-kbar ta’ pajjizna, il-Gvern ser ikun qed iwassal informazzjoni lill-operaturi tan-negozji z-zghar kif jistghu igawdu mill-inizjattivi u l-incentivi li l-Gvern joffrilhom biex jikbru. Fl-Enterprise Mobile Unit ser ikun hemm ufficjali tal-Malta Enterprise, Dipartiment tal-Kummerc, il-Koporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig, l-Awtorita Maltija ghat-Turismu u mill-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment. 

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi sostna kif il-kuntatt kontinwu mal-SMEs huwa priorita’ ghall-Gvern.  Huwa qal li permezz tal-laqghat regjonali ta’ djalogu li huwa ghamel f’hames lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex, l-imprendituri zghar taghna kellhom  l-opportunita’ jsemmghu lehenhom dwar l-isfidi li qed jiffaccjaw, kif ukoll jitkellmu dwar suggerimenti li huma xtaqu jaghmlu.  Dan huwa ezercizzju tajjeb ferm kemm ghall-Gvern kif ukoll ghas-settur tal-SMEs u jhalli l-gid ghaz-zewg nahat.

Jason Azzopardi habbar ukoll,  fl-okkazjoni tal-Gimgha Ewropea ghall-SMEs u wara s-success tas-sena l-ohra, se tkun organizzata kompetizzjoni għal dawk il-kunsilli lokali li jiehdu inizjattivi sabiex jgħinu u jinċentivaw lin-negozju fil-lokalità tagħhom. L-iskop ewlieni tal-Gvern ikun li jinċentiva lill-Kunsilli Lokali jagħtu sehemhom f'konformità mal-politika tal-istess Gvern, kemm fuq livell ambjentali kif ukoll fuq livell imprenditorjali f’ħidma sabiex ikollna  lokalitajiet sostenibbli.  Huwa sahaq fuq l-impenn tal-Gvern ghas-settur tal-SMEs li meta jimirhu huma, timrah l-ekonomija.

                                                                                    ... / (programme)  pr0927a

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow