STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
PR0926
20/05/2010
Il-Kummissjoni Elettorali tagħmel referenza għal korrispondenza li dehret reċentement f’diversi gazzetti dwar il-konfini tal-komunitajiet, partikolarment dawk ta’ Burmarrad.
II-konfini tal-komunitajiet, bit-toroq rispettivi tagħhom, ġew magħmula mill-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 47A tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali u ppubblikati permezz ta’ Avviz Legali Nru. 179 tal-2010 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta’ Marzu, 2010.
II-Kummissjoni Elettorali ma kienetx responsabbli mit-tfassil tal-konfini tal-komunitajiet kif ġie allegat fil-korrispondenza li dehret fil-gazzetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990