Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA PAĠNA ELETTRONIKA LI TIRRAPPORTA L-EMISSJONIJIET TAL-POWER STATIONS

PR0919
Date Icon 19/05/2010

L-emissjonijiet tal-power stations ta’ Delimara u l-Marsa jistgħu jiġu vverifikati kuljum fuq l-Internet, b’informazzjoni għal kull siegħa u kif dawn l-emissjonijiet jikkumparaw mal-benchmarks stabbiliti mill-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt li ppreżenta żewġ kompjuters lil Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk biex il-pubbliku jkollu aċċess pubbliku għal din l-informazzjoni.

Il-Ministru Tonio Fenech iddeskriva l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara bħala deċiżjoni importanti għall-futur ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Il-Gvern, b’responsabbiltà, għażel l-aħjar teknoloġija fiċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna. Li kieku l-għażla ma kinitx dik tal-fuel, li hija għażla li jagħmlu bosta power stations f’pajjiżi oħra madwar l-Ewropa, il-prezz tal-elettriku, u għalhekk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, se jiżdiedu b’30%. Madankollu, l-użu tal-fuel se jsir flimkien mal-aqwa teknoloġija li tibdel l-gassijiet li jiġu prodotti fi skart li jinqabad u jintrema bl-aktar mod sigur possibbli (abatement measures). Huwa enfasizza li l-iskart prodott mhux se jkun skart tossiku.

Tonio Fenech qal li l-Gvern irid li dan ikun proċess trasparenti, għalhekk dawn l-emissjonijiet se jkunu disponibbli elettronikament biex kulħadd jista’ jaċċessahom liberament. Huwa ħabbar ukoll li l-Gvern għandu l-ħsieb li jwaqqaf Monitoring Committee li fih ser ikunu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-NGOs kif ukoll tal-Kunsilli Lokali taż-żona biex jaraw li dak li l-Enemalta tintalab tagħmel fl-IPPC mill-MEPA ikun qed jiġi osservat.

Il-Ministru fakkar li l-impjant jirrispetta l-istandards Ewropej, kemm għaliex hemm l-obbligu tal-konformità mal-liġijiet tal-UE kif ukoll għaliex parti mill-finanzjament tal-impjant ġej mill-Bank għall-Investiment Ewropew. Dan barra l-fatt li t-teknoloġija użata hija ferm aktar nadifa u effiċjenti minn dik użata fil-Power Station tal-Marsa, li tkun tista’ tingħalaq grazzi għal dan il-proġett.

Tonio Fenech irrimarka li l-emissjonijiet attwali juru li s-CO huwa negliġibbli filwaqt li l-SO2 u trab qiegħdin taħt il-limiti tal-UE. Fir-rigward tan-nitrous oxides, il-livelli jinqabżu marġinalment, u l-Enemalta bħalissa għaddejja b’tender għall-installazzjoni ta’ makkinarju avvanzat ta’ modifika tal-boilers biex pajjiżna jkun jista’ jilħaq l-istandards anke f’dan il-livell.

http://www.enemalta.com.mt/emissionreports/ 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow