IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI IŻUR IL-FINALI TA’ FUTSAL FESTIVAL
1,500 tifel u tifla minn skejjel differenti madwar Malta f’dawn l-aħħar xhur kienu nvoluti f’festival ta’ Futsal organizzat mill-iSport Promotion Unit (SPU) tal-Kunsill Malti għall-iSport, flimkien mal-Malta Football Association. Il-Festival laħaq il-qofol tiegħu llum bil-finali tintlagħab fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.
Għal din l-attività attenda s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli li fisser kif dawn l-attivitajiet qed ikunu organizzati b’mod regolari mill-Kunsill Malti għall-iSport bl-iskop li jkun hemm aktar opportunitajiet għat-tfal tal-iskejjel li jipparteċipaw f’attività fiżika u Sport.
B’kollox, f’din is-sena skolastika se jkunu ttellgħu total ta’ 7 Sport Festivals li fihom se jkunu pparteċipaw total ta’ 2,900 student u studenta. Dawn il-festivals jinkludu Football, Atletika, Basketball, Ġinnastika, Handball, Rugby kif ukoll Volleyball.
Għal din is-sena l-iSport Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport kompliet tissaħħaħ bl-iskop li tkompli taħdem ma’ aktar tfal minn kulleġġi differenti.
Din is-sena l-SPU, bil-bosta inizjattivi li tieħu kif ukoll minħabba li żdiedu n-numru ta’ għalliema f’din il-Unit, mistennija li tkun laħqet it-total ta’ 16,000 tifel u tifla fi programmi varjati li jibdew qabel il-ħin tal-iskola, waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll wara l-ħin tat-tagħlim formali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990